Jump to ratings and reviews
Rate this book

Is-Seba' Tronġiet Mewwija

Rate this book
Dan il-ktieb mhuwiex rumanz wiehed: fil-fatt għandu riħa ta ħafna stejjer. Jiġbor fih konvenzjonijiet li jvarjaw mir-rakkont mitoloġiku sal-leġġenda folkloristika, mil-fjaba antropomorfika sal-proza storiko-romantika, mill-fantasija gotika sal-ħrafa morali. Zahra jirnexxielu jsawwar pastiche konvinċenti ta dawn il-ġeneri kollha.

553 pages, Paperback

First published January 1, 1994

15 people are currently reading
72 people want to read

About the author

Trevor Żahra

67 books85 followers
Trevor Żahra, twieled iż-Żejtun fis-16 ta’ Diċembru 1947; bin Walter u Ġuża nee Caruana. Trevor huwa t-tielet minn erba’ aħwa. Huwa studja fl-iskola Sekondarja Teknika ta’ Raħal Ġdid u s-Sitt Klassi fil-Liċeo. Fl-1966 daħal jaħdem għal żmien qasir mal-istazzjoni tat-TV lokali, bħala script writer. Kien ukoll jipproduċi programmi għat-tfal u jagħmel xogħol ta’ Presentation Officer. Fl-1967 daħal il-Kulleġġ ta’ l-Għalliema fejn wara kors ta’ sentejn beda jgħallem il-Malti u l-Arti fl-iskejjel sekondarji. Illum huwa jinsab irtirat wara karriera ta’ 33 sena.

Trevor iżżewweg lil Stella nee Agius fl-1971 u kellhom żewgt itfal: Ruben u Marija. Stella mietet fl-1989 u llum Trevor huwa armel. Ta’ eta’ żgħira beda jinteressa ruħu fil-kitba u l-Arti. Ippubblika l-ewwel poeżiji tiegħu f’The Children’s Own, fil-ġurnal Il-Berqa u f’għadd ta’ rivisti. Bejn is-7 snin u d-19-il sena kien membru tal-Azzjoni Kattolika taż-Żejtun, fejn bħala tifel kien attiv ħafna fil-palk, jirreċta, ipinġi x-xenarju u jikteb il-fares, idoqq fi grupp ta’ mużika pop kif ukoll kien jeditja rivista ċkejkna bejn il-membri. Fost l-ewwel kitba tiegħu li għad fadal minn dan il-perijodu nsibu Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton li bosta minnhom Żahra kitibhom meta kien fir-raba’ sena ta’ l-iskola sekondarja.

Fl-1971 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu, Il-Pulena tad-Deheb. Dan il-ktieb kiseb suċċess immedjat u Żahra minnufih inxteħet fil-qasam tal-kitba għat-tfal b’impenn kbir. Iżda huwa qatt ma waqaf mill-kitba adulta. Fl-1972 ippubblika l-ġabra ta’ poeżiji Eden. Fl-1973 ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu Is-Surmast, rumanz li għoxrin sena wara Żahra adattah għall-palk . Fl-1974, ippubblika r-rumanz Taħt il-Weraq tal-Palm li kien rebaħ l-ewwel premju f’konkors imniedi mill-Klabb Kotba Maltin. Minn dak iż-żmien ’l hawn Żahra baqa’ jippubblika simultanjament kemm kotba għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Żahra ppubblika l-ewwel workbooks f’Malta għat-tfal għat-tagħlim tal-Malti. Il-kotba tiegħu, bejn kotba ċkejknin għat-tfal iż-żgħar, traduzzjonijiet kif ukoll letteratura għall-kbar, llum ilaħħqu ’l fuq minn 130.

Żahra huwa rebbieħ ta’ bosta premjijiet letterarji prestiġjużi; biżżejjed insemmu li għal 13-il darba kellu kotba rebbieħa fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. F’Diċembru 2004, l-Eċċ.T. il-President ta’ Malta iddekorah bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu b’riżq il-letteratura għat-tfal. F’Ottubru 2008, huwa rebaħ it-taqsima “Arti u Divertiment” tal-Johnnie Walker Man of the Year.

Żahra kiteb ukoll diversi xogħlijiet għall-palk, kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Ħafna mnn dawn ix-xogħlijiet, jinsabu f’dan is-sit fit-taqsima Reċti. Id-dramm tiegħu Is-Surmast (ibbażat fuq ir-rumanz fl-istess isem) ittella’ fit-Teatru Manoel fl-1994 u fl-1995, kif ukoll fit-Teatru tal-Univisersità fl-2009. Id-dramm Ħanut tal-Ħelu, ittella’ wkoll fit-Teatru Manoel fl-1995. Id-dramm Minn Wara ż-Żipp ittella’ fit-Teatru Manoel fl-2007 u fit-Teatru tal-Università fl-2008. Għal aktar dettalji ara t-taqsima Kotba.

Żahra attenda wkoll diversi seminars barra minn Malta, fosthom fil-Fillandja, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Greċja. Fil-Ġermanja huwa ta workshops lil grupp ta’ tfal Taljani, Ġermaniżi u Maltin dwar il-kitba kreattiva. Minbarra li huwa impenjat bis-sħiħ bil-kotba tiegħu, Żahra huwa attiv sewwa fil-qasam kulturali, iżur ħafna skejjel fejn ikellem lit-tfal, lill-ġenerituri u l-għalliema dwar l-importanza tal-qari, u jmexxi korsijiet dwar is-sengħa tal-kitba.

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
34 (58%)
4 stars
15 (25%)
3 stars
4 (6%)
2 stars
2 (3%)
1 star
3 (5%)
Displaying 1 - 6 of 6 reviews
Profile Image for Loredana.
21 reviews
February 20, 2022
Ktieb mil isbaħ kollu fantażija unika li jġelek tappreżża il letteratura Maltija u jħeġġek biez tkompli taqra bil linwga tant sabiħa tagħna l Maltin.
Profile Image for Daniel Livori.
Author 2 books2 followers
September 12, 2021
Ktieb interessanti li jħallat l-istejjer l-oħra tal-awtur f'univers wieħed.
51 reviews
October 20, 2024
Storja helwa U miktuba minn wiehed mill-aqwa kittieba Maltin. Madankollu nhoss li kienet storja twila wisq U lejn l-ahhar beda jitlifni ftit.
Profile Image for Amy.
189 reviews3 followers
July 10, 2016
Ktieb mill-isbaħ, kif wara kollox wieħed għandu jistenna mingħand Trevor Zahra.
L-istorja hija miktuba b'mod eċċellenti, u l-oriġinalità ma tonqosx żgur. Nistagħġeb kif kapolavur bhal dan mhuwhiex aktar magħruf fostna l-Maltin...
Nirrakkomandah lill-kbar u ż-żgħar, għax ninsab ċerta li se jogħġob lil kulħadd!

Suġġeriment żgħir li nixtieq nagħmel huwa dan: imisshom jirrevedu l-ktieb u jirranġaw xi affarijiet li nbidlu minħabba Deċiżjonijiet (per eżempju ta' l-iskola illum tinkiteb magħquda), u jerġgħu jippubilkawh f'edizzjoni ġdida... forsi ma tafx kif, il-ktieb jikseb aktar popolarità (li bla dubju ħaqqu jkollu), u b'hekk nolqtu żewġt għasafar b'ġebla waħda!
Profile Image for Petra.
67 reviews
January 9, 2016
Vjagg f'Moghdija Msahhra fil-kumpanija ta' karattri ta' tfuliti. Ma tistax ma tohlomx u taghlaq il-ktieb minghajr sens ta' apprezzament ghal tant affarijiet li forsi maz-zmien saru trivjali.
Displaying 1 - 6 of 6 reviews

Can't find what you're looking for?

Get help and learn more about the design.