Għaxar ġganti tal-komik Taljan jingħaqdu kollha f’daqqa f’din il-ġabra unika u b’saħħitha biex jgħidu: daqshekk għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru.
Elisa, Sabrina, Roża, Lara, Laura, Ele, Camilla … huma aħna. L-istejjer tagħhom imissuna u jkissruna għax huma wkoll l-istejjer tagħna, ta’ ħutna l-bniet u sħabna t-tfajliet. Xi kultant lanqas biss nindunaw li qed iseħħu taħt il-ponta ta’ mneħirna, inċekknuhom jew saħansitra nxejnuhom. Ma nifhmux għaliex qed iseħħu lilna jew lit-tifla, tfajla, mara ta’ ħdejna għax m’għandniex l-għodod biex nifhmu jew nirreaġixxu, biex nitkellmu u ngħollu leħinna.
U għalhekk twieled dan il-ktieb. Biex ixaqqaq is-silenzju u jimlieh bl-istejjer tagħna, bil-kliem tagħna, bir-rabja u bl-istorbju tagħna jekk hemm bżonn. U forsi, bis-saħħa tagħna, dawn is-sitwazzjonijiet ma jibqgħux iseħħu. Mela, ejja, qum minn hemm int ukoll u … AQLA’ KJASS!
Komik uniku, proġett ideat minn Il Castoro flimkien ma’ Il Collettivo MOLESTE, u fl-edizzjoni bil-Malti b’daħla ta’ Audrey Friggieri, Kummissarju dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru
Għall-adolexxenti minn 15-il sena ’l fuq … sa 99 sena u fuqhom!
Various is the correct author for any book with multiple unknown authors, and is acceptable for books with multiple known authors, especially if not all are known or the list is very long (over 50).
If an editor is known, however, Various is not necessary. List the name of the editor as the primary author (with role "editor"). Contributing authors' names follow it.
Note: WorldCat is an excellent resource for finding author information and contents of anthologies.
Ktieb disturbanti, importanti u kuraġġuż - ġabra ta’ stejjer f’forma ta’ komik dwar realtajiet diffiċli li lkoll inħossu jew nesperjenzaw, b’xi mod jew ieħor, imma ma tantx nitkellmu fuqhom. Fuq meta jgħidulna (u jikkonvinċuna) li aħna ħoxnin wisq, mhux sbieħ biżżejjed, sbieħ iżżejjed, bossy wisq, jekk mhux dojoq mela nittiena, eċċ. Fuq meta l-kliem apparentement innokwu jevolvi fi vjolenza u tbatija, psikoloġika jew fiżika. Però l-istejjer f’dal-ktieb juru wkoll ix-xquq tat-tama li s-sitwazzjonijiet diffiċli jistgħu jingħelbu - meta ssib il-kuraġġ tirreaġixxi u tfittex il-forza interna, il-ħbieb veri, u l-għajnuna professjonali. Nimmaġina li xejn ma kien faċli taddatta dan il-ktieb għall-Malti, imma Clare Azzopardi rnexxielha, u għamlet biċċa xogħol stupenda. Dal-ktieb għandu jaqrah kulħadd.
Stejjer importanti minn nisa differenti u tradotti għal Malti minn Clare Azzoppardi. Ta' kif fl-etajiet l-aktar vulnerabbli taż-żgħożija - l-azzjonijiet, il-ħsibijiet u anke d-dehriet tagħna - jinġarru jitkissru u jiġu influwenzati minn dak kollu li tiddetta s-soċjetà patrijarkali - li tagħha, aħna kollha vittmi. Ħadt gost naqrah.