Dak il-jum meta Beatrice kienet sabet lil ommha taħt is-sur f’għadira demm fuq blata mal-wiċċ ta’ baħar irid jibla’ l-art, maġenb il-kontejner fejn huma t-tnejn kienu jgħixu flimkien.
Dakinhar, qabel l-aħħar nifs ta’ ħajjitha, iggranfata mal-gverta tal-isptar, ommha lissnet isem.
Lucian Vincent La Torre.
Min kien dan il-bniedem?
Meta marret tgħix miegħu, Beatrice ma baqgħetx teżisti. Spiċċat minn wiċċ id-dinja. Minflokha kien hemm Ace, tfajla sofistikata, sabiħa, pulita, iżżomm mal-moda u li bdiet titgħallem dak kollu li kien jagħmel hu.
U min kien l-imħabba ta’ Ace?
Riccardo, il-ġuvni t’għajnejh ħodor li missieru Coby De Luca kien l-akbar għadu ta’ Lucian? Jew Raziel, il-ġuvni sabiħ li kien l-id il-leminija ta’ missierha? U kif kienu salvawlha ħajjitha b’mod individwali dawn iż-żewġ ġuvintur?
U fl-aħħar nett min kien il-Ġowker? U l-ħalliel tad-djamanti?
Thriller mgħaġġel b’element ta’ mħabba li jkaxkrek minn Malta għal Sqallija u jieħdok f’postijiet oħra fejn inti ma mort qatt. Dinja ta’ intriċċi li ġġiegħel qalbek tħabbat b’mod qawwi sabiex tiskopri dejjem aktar sakemm tasal f’final mhux mistenni.
Alongside her distinguished legal career, she is widely celebrated as one of Malta’s foremost contemporary authors, having published ten bestselling thriller novels in the Maltese language.
Dr. Calleja has also written three acclaimed television drama series (29 episodes each) ; Rubini, Eklissi, and Friefet - all of which were successfully broadcast on a local television station.
In addition to writing, she has directed Ħażen u Mrar and, together with Tania Bartolo (D3Masque Media Productions), serves as producer for various popular television series. Her literary repertoire further includes several short stories previously published in the newspaper Illum and on social media.
Known for her distinctive narrative style, Sharon captivates readers and audiences alike with her trademark - an unexpected, thought-provoking twist at the end of every story. In recognition of her outstanding contribution to Maltese literature and culture, Dr. Sharon Calleja was honoured with the Għarb Cultural Award in 2011.
Titles of her books are: Ċagħaq, Friefet, Pupa tal-Porċellana, Il-Kaxxa tad-daqq, Rubini, Passju, Daqqa ta’ Ħarta, Il-Ġowker, Labra tad-deheb and Eterna.
U wara jumejn IL-ĠOWKER lest!! 🃏♠️ Woooow kemm hu sabiħ! Ma tkunx trid titilqu minn idejk tant kemm il-kitba iżżommok imwaħħla mal-ktieb. Qtugħ ta'nifs ma jonqosx f'dan it-thriller. Wow ħafna ♥️ AMAZING bħal dejjem il-kotba ta' Sharon Calleja II
Beatrice, tfajla gustuża, fqira tghix f kontejner vicin il bahar ma ommha. Hajjitha tinbidel minn lejl ghal nhar hekk kif issib lil ommha f ghadira demm. Min rieda mejta? X qatt ghamlet hazin? Minn dakinhar il quddiem, Beatrice tiltaqa ma missierha li qatt ma kienet taf. Tiltaqa mal Gowker u il klikka tieghu. Beatrice ma tibqax l istess tfajla. Fix xena tithol Ace, tfajla pulita, izzomm mal moda, sabiha u sofistikata. Min kien Riccardo? Dak il ġuvni li kull tfajla iffisata fuqu. Imma ghaliex qatt ma setaw ikunu flimkien? X kienet il mibeghda bejn missier Riccardo u missier Beatrice?
Bħas-soltu, il-kitba ta Sharon dejjem tajba però dan il-ktieb mhux il-favorit tiegħi. Ħassejt li kien hemm ħafna ripetizzjoni, u dettall żejjed, iżda xorta kienet storja tajba u ħallietni bla kliem speċjalment b'dak il-twist tal-aħħar.