What do you think?

Il-Logħba tal-Allat #1
It-Tielet Qamar
L-ewwel ktieb fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat.
314 pages, Paperback
First published June 11, 2008
About the author
John A. Bonello
20 books56 followersJohn Bonello is the award winning author of the young adult fantasy trilogy ‘Il-Logħba tal-Allat’ (The Game of the Gods), the time-travelling duology for adults ‘Unus Mundus’ and the series of detective novels for children Irvin Vella, Virtual Investigator. Learn more about him at www.johnabonello.com
Ratings & Reviews
Friends & Following
Create a free account to discover what your friends think of this book!
Community Reviews
Displaying 1 - 8 of 8 reviews
March 1, 2015
Storja verament sabiha! Dhalt sew fl-istorja u qsamt Malta mal-karattri, huma u jimxu f'art vergni u mhux mimsusa kif nimmagina li kienet Malta eluf ta' snin ilu, qabel giet popolata. Johorg il-hazen li jista jasal li jwettaq bniedem, kif ukoll il-kapacita ghat tajjeb u l-altruismu ta' ohrajn.
December 29, 2022
Qabel bdejt naqra dawn il-kotba, kont smajt hafna dwarhom u kemm huma originali imma malli bdejt naqra l-ewwel ktieb, mill-ewwel dhalt fl-istorja u ma stajtx nieqaf naqra.
August 16, 2017
L-ewwel ktieb li ppubblikajt. Kollox beda minn taħżiża li għamilt waqt lezzjoni tal-IT fl-2004, tliet linji kollox fil-margins tal-ktieb li kelli quddiemi. Minn hemm donnha l-istorja bdiet tieħu sura, iżda kien meta twieled ibni Luke, f'Jannar tal-2007, li l-kitba ħadet spinta kbira 'l quddiem. F'salt wieħed ma stajtx nieqaf nikteb. Kienet qisha splużjoni, qisha l-big bang. Bl-għajnuna ta' ħafna nies, irnexxieli nwettaq waħda mill-akbar ħolmiet li kelli.
It-Tielet Qamar huwa l-bidu ta' ġrajja. Huwa l-ewwel ktieb fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat. Huwa ktieb dwar ħbiberiji. U huwa wkoll vjaġġ fit-tifkiriet tiegħi.
It-Tielet Qamar huwa l-bidu ta' ġrajja. Huwa l-ewwel ktieb fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat. Huwa ktieb dwar ħbiberiji. U huwa wkoll vjaġġ fit-tifkiriet tiegħi.
June 18, 2016
Kont ili ma naqra ktieb hekk - kif naqbad ngħid? Ktieb li ġarrni fil-maġija li ħoloqli. Mhux biss. Kien hemm xi ħaġa hekk - kif naqbad ngħid - dak is-sens ta' nostalġija li ħallewli id-deskrizzjonijiet u l-kuntesti ta' Malta f'dimensjoni oħra, kienet affaxinanti. Nostalġija mhux għax għaddejt minnha hawn f'din il-ħajja, jew forsi fl-ebda fantażija ta' ħajja ta' qabel - imma dak is-sens għoġobni, u nittama li mat-tieni ktieb, dan is-sens ħelu jkompli jippersisti.
Maġija, mill-bidu sal-aħħar. Jekk tridu brejk mill-istejjer veru u traġiċi ta' kif qed ifottu 'l Malta bit-torrijiet u l-krejnijiet ma' kullumkien - mela dan il-ktieb huwa għalik. Insomma, għal kulħadd

Read
April 14, 2012L-ewwel volum fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat
Hemm xi mkien fejn iż-żmien ma jgħaddix kif nafuh aħna.
Hemm post fejn jgħammar ġens bi ġrajja mhux tas-soltu, post li ilu eluf ta' snin mistur u minsi. Iżda issa wasal iż-żmien li tissokta l-logħba tal-allat, u dak li kien moħbi, jibda jinkixef.
Xon, Marku u Riku sabu dan il-post …

February 8, 2015
Storja sabiha hafna, u originali. Ghogobni kif ghall-bidu dehret misterjuza imma ftit ftit sirna nafu kif se tizvolgi l-istorja... prosit!
* * * *
Really good story. Liked how the first few chapters were mysterious and the answers were revealed throughout the chapters... great!
* * * *
Really good story. Liked how the first few chapters were mysterious and the answers were revealed throughout the chapters... great!
June 27, 2024
Kieku kelli nispjega dan il-ktieb f'kelmtejn ikunu "potenzjal mitluf."
Storja helwa, b'dinja vasta u sabiha. Il-problema kienu l-karattri. Apparti li kien hemm wisq karattri li kultant kont nintilef fuq min l-istorja kienet qed tiffoka, l-unika karattru li hassejt konnezzjoni mieghu deher ftit fil-bidu u ma dehrx ghal-ghoxrin kapitlu.
L-istorja hija mmexxija minn avvenimenti flokk mil-karattri, u karattri kellek minn fejn taghzel. Xon ma stajtx nifhem x'kien ghaddej minn mohhu avolja stajna naqraw mohhu. Riku dommna ma sirna nafuh sal-ahhar bicca tal-ktieb li mbaghad kien tard wisq. Marku kellu mumenti fejn johrog b'xi wahda u jdahqek imma anki dawk il-mumenti kienu skarsi.
Il-ktieb kemm-il darba jaqa fin-nassa ta' "tell not show" u fil-fatt il-maggoranza tal-istorja jghidielek jew ix-Xih jew xi wiehed minn nies tieghu. Hemm kapitli shah jirrakkuntawlek x'gara minghajr ma juruk il-karattri xinhuma jhossu, u jekk juruk, is-sentimenti huma superficjali.

April 23, 2013
As a story it is excellent and I really enjoyed the plot, simply astonishing. Really like it :)
Displaying 1 - 8 of 8 reviews