Meta Xandru ċempilli u qalli biex immorru naraw film flimkien kont eċitata ħafna. Meta qalli li miegħu kien se jkun hemm David, assumejt li se jġieblu sieħba ghal miegħu ukoll. Meta ġew għalija bil-karozza u bqajna sejrin dritt lejn ic-cinema u ma konna ġibna l-ebda tfajla oħra magħna, irrealizzajt li konna se nkunu biss it-tlieta li konna. Xandru poġġa bejn David u bejni. Waqt il-film Xandru qabadli idi. Qatt ma kien wasal s'hawn qabel. Xandru kien qed jieħu gost bil-film, jien kont qed nieħu gost b'Xandru. David la kien qed jieħu gost bil-film u wisq probabbli l-anqas ma kien qed jieħu gost bil-fatt li hu ma kellu l-ebda id ħaddieħor x'jaqbad. Wiċċ Xandru kien ħaj, assorbit kif kien b'dak li qed jara jseħħ quddiemu; wiċċ David kien mejjet: la kien qed jinteressah dak li kien qed jara quddiemu u lanqas ta' ma' ġenbu.