Jump to ratings and reviews
Rate this book

Bizzilla

Rate this book
“Kull min daħak bil-kitbiet tan-Nanna Ġenoveffa, se jogħxa b'dan il-ktieb."

Artikoli u taħditiet li jiftħulkom għajnejkom, mill-pinna tal-Kav. John Giordimaina O.S.C.I.

Trevor Żahra din id-darba jċedi l-pinna u l-kelma lill-Kavallier John Giordimaina O.S.C.I., karattru li għandu opinjoni dwar ... kollox! Għażeb mimli interessi, President Onorarju tal-Għaqda Dilettanti tal-Arkett, membru fis-Soċjetà tal-Liżar Imqaddes, l-Għaqda Mudelli tal-Knejjes u membru fil-kumitat tal-Akkademja għall-Paċi f'Qiegħ il-Baħar, fl-1995 inħatar Kavallier tal-Ordni ta' San Clement I, kif ukoll kandidat indipendenti fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1981 fejn ġab 23 vot.

B'C.V. bħal dan, ma jistax jonqos li l-Kavallier jagħti l-opinjoni erudita tiegħu dwar kull suġġett immaġinabbli: miċ-ċensura, saċ-ċelibat, il-veġetarjaniżmu, il-proġett ta' Renzo Piano għal Bieb il-Belt, it-tipjip, l-astinenza, il-mediċina ... u ħafna u ħafna suġġetti oħra.

“Dan huwa ktieb li għandu jservi ta’ gwida għal kull politiku ġenwin, kull Nisrani prattikanti, kull ċittadin ġentlom u kull min jaspira għal ħajja edifikanti.”
“Bizzilla fl-Injam”
Leħen l-Għaqda Dilettanti tal-Arkett
Numru 57: Diċembru – Marzu 2012

“F’din il-ġabra ta’ studju, il-Kavallier Giordimaina reġa’ wera kemm ma jibżax juri l-opinjoni tiegħu quddiem kulħadd … dejjem bil-ħsieb li jgħallem lill-injorant u jiftaħ l-eluf ta’ mħuh magħluqa li għandhom jirrenjaw f’dan il-pajjiż.”
Il-Fuljett tal-Għaqda Dilettanti tan-Nar
Ħarġa tal-Festa – 2012

“Għażiż Kavallier, minn qalbi nifraħlek għal din l-opra ġdida tiegħek. Jalla dal-ktieb jixtered ma’ pajjiżna kollu, jidħol ġo kull dar u forsi xi darba jsib postu fis-sillabi tal-iskejjel tagħna.”
- Ittra mingħand persuna mill-aktar rispettabbli, li ma tixtieqx ixxandar isimha

“il-pajjiż kollu jinsab imkexkex, mistagħġeb u diżorjentat … għax ma jistax iniżżilha kif il-ktieb-ġawhra tal-magħruf Kavallier John Giordimaina O.S.C.I. ingħata l-ġenb u twarrab ghalkollox mill-ġurija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena. Tassew li kif dejjem jgħid il-Kavallier: ebda profeta mhu rikonoxxut f’pajjiżu.”
Kumment minn “Skantat imnixxef” – Facebook – 3.01.13

192 pages, Paperback

First published January 1, 2013

Loading...
Loading...

About the author

Trevor Żahra

67 books88 followers
Trevor Żahra, twieled iż-Żejtun fis-16 ta’ Diċembru 1947; bin Walter u Ġuża nee Caruana. Trevor huwa t-tielet minn erba’ aħwa. Huwa studja fl-iskola Sekondarja Teknika ta’ Raħal Ġdid u s-Sitt Klassi fil-Liċeo. Fl-1966 daħal jaħdem għal żmien qasir mal-istazzjoni tat-TV lokali, bħala script writer. Kien ukoll jipproduċi programmi għat-tfal u jagħmel xogħol ta’ Presentation Officer. Fl-1967 daħal il-Kulleġġ ta’ l-Għalliema fejn wara kors ta’ sentejn beda jgħallem il-Malti u l-Arti fl-iskejjel sekondarji. Illum huwa jinsab irtirat wara karriera ta’ 33 sena.

Trevor iżżewweg lil Stella nee Agius fl-1971 u kellhom żewgt itfal: Ruben u Marija. Stella mietet fl-1989 u llum Trevor huwa armel. Ta’ eta’ żgħira beda jinteressa ruħu fil-kitba u l-Arti. Ippubblika l-ewwel poeżiji tiegħu f’The Children’s Own, fil-ġurnal Il-Berqa u f’għadd ta’ rivisti. Bejn is-7 snin u d-19-il sena kien membru tal-Azzjoni Kattolika taż-Żejtun, fejn bħala tifel kien attiv ħafna fil-palk, jirreċta, ipinġi x-xenarju u jikteb il-fares, idoqq fi grupp ta’ mużika pop kif ukoll kien jeditja rivista ċkejkna bejn il-membri. Fost l-ewwel kitba tiegħu li għad fadal minn dan il-perijodu nsibu Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton li bosta minnhom Żahra kitibhom meta kien fir-raba’ sena ta’ l-iskola sekondarja.

Fl-1971 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu, Il-Pulena tad-Deheb. Dan il-ktieb kiseb suċċess immedjat u Żahra minnufih inxteħet fil-qasam tal-kitba għat-tfal b’impenn kbir. Iżda huwa qatt ma waqaf mill-kitba adulta. Fl-1972 ippubblika l-ġabra ta’ poeżiji Eden. Fl-1973 ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu Is-Surmast, rumanz li għoxrin sena wara Żahra adattah għall-palk . Fl-1974, ippubblika r-rumanz Taħt il-Weraq tal-Palm li kien rebaħ l-ewwel premju f’konkors imniedi mill-Klabb Kotba Maltin. Minn dak iż-żmien ’l hawn Żahra baqa’ jippubblika simultanjament kemm kotba għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Żahra ppubblika l-ewwel workbooks f’Malta għat-tfal għat-tagħlim tal-Malti. Il-kotba tiegħu, bejn kotba ċkejknin għat-tfal iż-żgħar, traduzzjonijiet kif ukoll letteratura għall-kbar, llum ilaħħqu ’l fuq minn 130.

Żahra huwa rebbieħ ta’ bosta premjijiet letterarji prestiġjużi; biżżejjed insemmu li għal 13-il darba kellu kotba rebbieħa fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. F’Diċembru 2004, l-Eċċ.T. il-President ta’ Malta iddekorah bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu b’riżq il-letteratura għat-tfal. F’Ottubru 2008, huwa rebaħ it-taqsima “Arti u Divertiment” tal-Johnnie Walker Man of the Year.

Żahra kiteb ukoll diversi xogħlijiet għall-palk, kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Ħafna mnn dawn ix-xogħlijiet, jinsabu f’dan is-sit fit-taqsima Reċti. Id-dramm tiegħu Is-Surmast (ibbażat fuq ir-rumanz fl-istess isem) ittella’ fit-Teatru Manoel fl-1994 u fl-1995, kif ukoll fit-Teatru tal-Univisersità fl-2009. Id-dramm Ħanut tal-Ħelu, ittella’ wkoll fit-Teatru Manoel fl-1995. Id-dramm Minn Wara ż-Żipp ittella’ fit-Teatru Manoel fl-2007 u fit-Teatru tal-Università fl-2008. Għal aktar dettalji ara t-taqsima Kotba.

Żahra attenda wkoll diversi seminars barra minn Malta, fosthom fil-Fillandja, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Greċja. Fil-Ġermanja huwa ta workshops lil grupp ta’ tfal Taljani, Ġermaniżi u Maltin dwar il-kitba kreattiva. Minbarra li huwa impenjat bis-sħiħ bil-kotba tiegħu, Żahra huwa attiv sewwa fil-qasam kulturali, iżur ħafna skejjel fejn ikellem lit-tfal, lill-ġenerituri u l-għalliema dwar l-importanza tal-qari, u jmexxi korsijiet dwar is-sengħa tal-kitba.

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
5 (18%)
4 stars
7 (25%)
3 stars
11 (40%)
2 stars
2 (7%)
1 star
2 (7%)
Displaying 1 of 1 review
Profile Image for Petra.
68 reviews
March 13, 2015
Tixbihat u deskrizzjonijiet eccellenti, tipici tal-awtur izda fl-opinjoni tieghi mhux mill-aqwa xogholijiet tal-kittieb.
Displaying 1 of 1 review