“Kittieb barrani. Kittieb li ma twelidx Malta. Kittieb li tgħallem il-Malti fi rġulitu. Iżda, minkejja dan kollu, dan huwa kittieb li jaf iħares lejna u lejh innifsu Daqslikieku twieled ġol-qiegħ ta’ raħal Malti. Dan huwa Walid Nabhan, li minkejja li kitbitu taqta’ daqs xafra misnuna, kontinwament Ixxerred demgħa mal-batut u karba mal-muġugħ. Walid iħares lejna minn distanza provokanti fejn kollox jaqa’ fil-perspettiva tiegħu; imma fl-istess waqt iħares lejna wkoll mill-qrubija ta’ mikroskopju; jitwaħħad mal-problemi tagħna li minnufih isiru l-problemi tiegħu. “…Gaża u Malta. It-tnejn imġienen. Waħda fettlilha tirrezisti u l-oħra qabdet tattakka lil uliedha billejl”. Din hija esperjenza ġdida għal-letteratura Maltija; esperjenza li għandha ħafna x’tgħallimna. Le, dan mhux kittieb barrani. Fil-qalb u fir-ruħ, bosta drabi Walid huwa Malti daqsna u aktar minna.”
Walid Nabhan was born in Amman, Jordan in 1966. His family fled Al-Qbeybeh, a small village in the outskirts of Hebron, Palestine after the1948 war which established the state of Israel and resulted in the first Palestinian Diaspora.
Walid received his primary education in United Nations schools in Amman. He arrived in Malta in 1990 where he studied laboratory technology, graduating in Biomedical Sciences from Bristol University in England in 1998. In 2003 he gained a masters degree in Human Rights and Democratisation from the University of Malta.
His first short story collection, Lura d-Dar u ġrajjet oħra li ma ġrawx (‘Homecoming, and other tales that never happened’) was published in Maltese in 2009. His poetry and short stories have appeared in several anthologies.
Illum il-ġurnata, l-fuħħar x’aktarx issibu jinħoloq fil-villaġġ tal-artiġjanant f’Ta’ Qali. Trid tgħarrex għalih mhux ħażin għax ftit baqa’ min jaħdmu. Naħseb ma tantx iħalli qliegħ, u jekk xejn fl-istess villaġġ aktar issib min imur biex jixtri xi ornament tal-ħġieġ jleqq b’forma jew disinn partikulari. It-tafal li jintgħaġen fil-fuħħar forsi għalhekk wieħed mill-ftit materja li m’humiex mhedda li jispiċċa.
Imma Walid Nabhan jidher li dak li mhuwiex daqstant popolari xorta jidħol taħt qoxortu u jġegħlu jesprimih. Mhux f’xi bomblu imma f’kitba, li imma bħal bomblu stess trid tara minn fejn se taqbdu għax taf jinkiser f’idejk u malajr tispiċċa l-isptar tikkjuwja biex iħitulek erba’ punti f’ġildek. Nabhan huwa wieħed mill-ftit persuni (jekk mhux l-uniku) mhux imwieled fuq il-blata msejjħa Malta, jidhirli li mingħajr antennati Maltin imma li jikteb u jippublika bil-Malti. U bl-istess lingwa li jiena u inti nużaw ta’ kuljum jikteb jew fuqna stess jew fuq dak li jseħħ barra minn fuq din il-blata. Jirrakontalna fuq dak li jseħħ barra minn xtutna bil-lingwa tagħna stess. Bħal dak is-Sirjan li jiksilek il-franka Maltija bis-sengħa li tgħallem f’xi imkien qrib Damasku. Anke jekk forsi m’għedt lil ħadd li kien Sirjan li ksielek.
Ifakkarna li fiżikament qegħdin qrib ħafna ta’ ċertu artijiet, imma aħna nippreferu nħarsu n-naħa l-oħra. U waqt li mneħirna forsi nxammruh meta nisimgħu b’xi aħbarijiet minn hemm, għandna komuni magħhom ħafna aktar milli naħsbu, jew aħjar milli nammettu.
U l-Malti użat mill-isbaħ. Billi l-fuħħar ma tantx għadu moda ma jfissirx li m’hawnx għad min għandu sengħa biżżejjed biex joħloq dak li jpaxxi. Anke jekk ma jleqqx.