It-tlettax ta' Mejju 2082. Steve sab ruħu fi Trafalgar Square, Londra, bil-monument ta' Nelson warajh. Ftakar fil-kliem li kien għadu kif qallu l-Bambu. Sejjaħlu 'Serafin', wieħed minn ftit nies maħluqin sabiex jgħassu fuq il-ġejjieni tar-razza umana, xogħolhom jiġru fil-mergħat tal-impossibbli u jiddrittaw l-imgħawweġ ta' ħaddieħor. Sakemm xi darba jkun kollox dritt. Hekk kif kien ippjanat fil-bidu. Imma Steve ma jridx din ir-responsabbiltà. Mitluf fiż-żmien, mibluh u beżgħan minn dak li qed jiġri madwaru, megħjun mill-aktar gwida improbabbli, Steve jagħmel minn kollox biex isib mezz kif itemm dak il-ħmar il-lejl u jmur lura għall-ħajja li jaf. Qabel ikun tard wisq.
John Bonello is the award winning author of the young adult fantasy trilogy ‘Il-Logħba tal-Allat’ (The Game of the Gods), the time-travelling duology for adults ‘Unus Mundus’ and the series of detective novels for children Irvin Vella, Virtual Investigator. Learn more about him at www.johnabonello.com
It-tlettax ta' Mejju 2082. Steve sab ruħu fi Trafalgar Square, Londra, bil-monument ta' Nelson warajh. Ftakar fil-kliem li kien għadu kif qallu l-Bambu. Sejjaħlu 'Serafin', wieħed minn ftit nies maħluqin sabiex jgħassu fuq il-ġejjieni tal-umanità, xogħolhom jiġru fil-Mergħat u jidrittaw l-imgħawweġ ta' ħaddieħor. Sakemm xi darba jkun kollox dritt. Hekk kif kien ippjanat fil-bidu. Imma Steve ma jridx din ir-responsabbilità. Mitluf fiż-żmien, mibluh u beżgħan minn dak li qed jiġri madwaru, mgħejjun mill-aktar gwida improbabbli, Steve jagħmel minn kollox biex isib mezz kif itemm dak il-ħmar il-lejl u jmur lura għal ħajja li jaf. Qabel ikun tard wisq.
Bdejt naqra Fil-Mergħat b'nofs qalb minħabba li l-ġeneru fantaxjentifiku mhux għal qalbi wisq, iżda iżjed ma l-qari beda jipprogressa, fuqi iżjed bdiet tikber il-ħakma tal-ktieb. Bonello għandu ħila partikolari kif jinseġ il-ġrajjiet flimkien u l-mixja tar-rakkont 'il quddiem hija waħda ħajja u li tħeġġek, fil-veru sens tal-kelma, tkompli taqra.
Bidla radikali fil-ġeneru u fl-approċċ lejn il-kitba tal-awtur mit-triloġija preċedenti. Għoġbitni l-idea wara l-plott, ta-trasport maż-żmien u li tirranġa l-milja tal-ħajja tali mod li għal ħaddieħor hija ħaġa pożittiva iżda għall-"eroj" hija piż żejjed li ma jridx. Laqtitni l-malta differenti li ħoloq l-awtur u l-fatt li għall-kuntrarju ta' kotba oħra fl-istess ġeneru l-azzjoni qiegħda fil-bidu u l-kalma fit-tieni nofs. Il-karattru misterjuż ta' fuq tal-linja huwa wieħed mill-iżjed li intrigani (jekk mhux l-iżjed) u l-fatt li hu minsuġ ħaġa waħda mal-mergħat tal-impossibli tagħmlu aktar affaxxinanti.
Erġajt qrajt dan il-ktieb qabel ma nibda ta' warajh ("Jien, Wieħed Minnhom") u nista' nikkonferma l-ħames stilel. L-istorja hija interessanti tassew, bid-dinjiet futuri li joħolqu l-possibilita' ta' immaġinazzjoni fertili anki oltre l-istorja nnifisha. Il-kitba hija waħda moderna u għalkemm 'science fiction' John jirnexxielu jdaħħal kummentarju soċjali relevanti li ma tħossux barra minn loku. Kważi ħasra li l-istorja sa tispiċċa mat-tieni ktieb hekk kif fil-bidu tiegħu il-karattru prinċipali jgħid li għandu maħżuna f'moħħu avventuri ta' ħafna mergħat.
Ma tantx qrajt kotba bil-Malti li jiddiskutu suġġetti daqshekk interessanti fosthom il-kunċett tal-ivjaġġar fil-futur u l-idea tal-qari tal-imħuħ. Steve huwa karattru interessanti li faċilment jirrappreżenta l-qarrej għax ukoll idum ftit sabiex jifhem dak li qed jiġri madwaru u l-għan tiegħu bħala serafin. Storja li ssir ferm iżjed interessanti ladarba Steve jasal Londra u bl-għajnuna ta' karattru ieħor jippreveni ġenoċidju. Tad-dwejjaq kif il-librar jitlef kuntatt ma' familtu kontra r-rieda tiegħu iżda dan jifhem il-bżonn tiegħu nnifsu wara l-ispjegazzjonijiet tal-Bambu u ta' Mulan.
Kurjuż biex nara x'ser jiġri f'li jmiss għax naf li Steve għandu ħafna potenzjal u dan il-ktieb serva biss biex jibni kuntest, jiżviluppa l-karattri, u jintroduċi l-ideat prinċipali tad-duoloġija. Hemm xeni ta' azzjoni u l-kritika tiegħi hi li ma tantx jinteressani ġlied li jirrigarda l-fidi u dan il-ktieb ddiskuta dan is-suġġett ukoll, apparti politika, u mard, li huma temi tassew relevanti llum il-ġurnata. Permezz tal-użu tal-ivjaġġar fil-ħin, Bonello jista' jiddiskuti ħafna realtajiet u joħloq kemm il-distopja jixtieq :) Fakkarni ftit f'xi episodju ta' Rick and Morty. Huwa ktieb li jqanqal bosta emozzjonijiet għax Steve ta' spiss jispjega dak kollu li jkun għaddej minn moħħu, speċjalment meta qalibha lil martu ma' mara oħra qabel ma rrealizza li l-ħolm u r-realtajiet varji huma l-istess ħaġa.
Ħadt pjaċir ferm bl-integrazzjoni tal-Ingliż f'narrattiva bil-Malti!
Differenti u interessanti. Preżent passat u futur fejn jinbiddlu biss l-għodda imma mhux wisq il-psikoloġija tal-bniedem. Nistqarr li xtaqt nara iżjed futur fl-istorja u l-effett li kunċetti ġodda ħallew fuq l-umanità u imġiebta.