Jump to ratings and reviews
Rate this book

Taħt il-Qilla Tal-Iswastika

Rate this book
Rumanz imsejjes fuq ġrajjiet li seħħew tassew ...
RUMA, 1943
Wara l-invażjoni tal-Alleati fi Sqallija u l-waqgħa tar-reġim ta’ Mussolini, l-abitanti tal-Belt Eterna jaħsbu illi l-gwerra kienet intemmet. Iżda kienu sejrin imqarqa.
Chicca: armla Maltija maqbuda f’Ruma fi żmien l-okkupazzjoni Tedeska, tissogra ħajjitha u dik ta’ familtha sabiex issalva għexieren ta’ priġunieri tal-gwerra.
Gulia: it-tifla l-kbira ta’ Chicca, xebba kuraġġuża bi spirtu kumbattiv, tara l-imħabba żagħżugħa tagħha tintemm qabel twarrad. Iżda l-imħabba għandha ħabta tinbet anki mit-tifrik.
Silvano: ġuvni patrijott, Komunist ferventi u ġellied partiġjan. L-imħabba għal Gulia hija ssuperata biss minn dik għal pajjiżu.
Gabriel: jara lil niesu Lhud jinġarru mis-suldati tal-SS lejn il-kampijiet tal-mewt. Biex isib lil martu, mitlufa u tqila bl-ewwel wild tagħhom, jingħaqad mal-Partiġjani, jiġġieled it-tirannija tan-Nażi-Faxxisti.
Dun Ugolino: Saċerdot Malti attiv fix-xirka ta’ Monsinjur O’Flaherty, ikenni l-priġunieri tal-gwerra u Lhud maħrubin bil-Gestapo jsusu warajh.
Vito: Faxxist sa ruħ ommu ... L-imħabba tiegħu għal Gulia hi l-unika ħaġa umana li għandu.
Kappler: il-kap tal-Gestapo fil-belt ta’ Ruma. L-għan tiegħu huwa li jrażżan ir-reżistenza tal-partiġjani u jtawwal l-agunija ta’ dawk maqfula fiċ-ċelel tat-torturi.
Il-ġrajja ta’ dawn il-karattri, minsuġa ma’ ta’ ħafna oħrajn madwarhom, tintgħaġen flimkien bid-dmugħ u d-demm f’taqtigħa għall-ħelsien minn taħt il-qilla tal-iswastika.

352 pages, Paperback

Published September 15, 2023

About the author

Ben Agius

7 books1 follower

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
4 (80%)
4 stars
0 (0%)
3 stars
1 (20%)
2 stars
0 (0%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 of 1 review
2 reviews
November 25, 2023
Ħafna mis-segwaċi tax-xena litterarja Maltija qed jitkellmu fuq "Taħt il-Qilla tal-Iswastika", u bir-raġun. L-aħħar ktieb mingħand Ben Agius ikompli jesponi t-talent ta' dan l-awtur.

L-istorja ddur madwar familja Maltija li tinqabad f'Ruma fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Huma juru determinazzjoni biex mhux talli jipperseveraw waqt dan iż-żmien ikrah fl-istorja, iżda anke jagħtu refuġju lil dawk ippersegwitati mil-gvern Faxxista, segwit minn dak Nażista.

Agius reġa wera kemm kapaċi jimmanipula l-lingwa biex lill-qarrej jgħaddih minn vjaġġ ta' emozzjonijiet - ferħ, eċitament u xi waqtiet anke niket. Ninsab ċert però, li "Taħt il-Qilla tal-Iswastika" hija storja li żżomm lill-qarrej fuq ix-xwiek mil-bidu sal-aħħar.
Displaying 1 of 1 review

Can't find what you're looking for?

Get help and learn more about the design.