What do you think?

Mela … l-istorja stramba, straordinarja (u sigrieta) tal-ilsien Malti kif ma jgħiduhilekx fil-klassi
Ilbes żarbun komdu u ejja miegħi għal mixja-vjaġġ fl-istorja tal-ilsien Malti.
Jekk taħseb li ktieb dwar l-istorja tal-Malti se jkun tedjanti u mimli studjużi serji, strambi u nnerdjati, għandek żball. Dan mhux ktieb tal-iskola. Dan iħares lejn l-istorja tal-lingwa tagħna minn nuċċali differenti (u divertenti), u fiha jara nies bħali u bħalek, li jgħixu, iħobbu, iqumu, jorqdu u jitkellmu bil-Malti.
Dan il-ktieb se jlaqqgħek ma’ nies ħżiena u nies tajbin, ġakbini u midinbin, kriminali u qaddisin, u anke celebs u fans, influencers u followers, fi stejjer imqanqlin ta’ mħabba, avventura u żvintura, tradiment, konfoffi u saħansitra qtil makabru u frame-up ta’ persuna innoċenti!
Trid tkun taf aktar?
Aqfel il-lazz.
TLAQNA!
* Proġett kofinanzjat mill-Fond tal-Ktieb tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

- GenresNonfiction
288 pages, Paperback
Published January 1, 2024
About the author
Antoinette Borg
15 books65 followersAntoinette Borg (imwielda fl-1973) iggradwat bħala accountant u għal għoxrin sena kienet taħdem bħala business advisor waqt li toħlom li xi darba ssir kittieba. Fl-2015 ħalliet ix-xogħol biex tipprova twettaq il-ħolma tagħha, u fl-2016 ippubblikat l-ewwel rumanz tagħha,
Fittixni
, li eventwalment rebaħ il-Premju Terramaxka fil-kategorija Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għall-Adolexxenti. Fl-2018 ippubblikat it-tieni rumanz tagħha, (Ri)ġenerazzjoni, li bħala manuskritt kien rebbieħ tal-Konkors ta' Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016. Iktar tard fl-2018 Antoinette ngħatat il-premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u ppubblikat it-tielet rumanz tagħha, Amina. Antoinette toqgħod il-Mellieħa ma’ żewġha Brian u ż-żewġt uliedhom.
Antoinette Borg (born in 1973) is an accountant by profession, and for twenty years she worked as a business advisor while dreaming of one day becoming a writer. In 2015 she left her career to chase her dream, and in 2016 she published her debut novel in the Maltese language, Fittixni , which went on to be awarded the Terramaxka Prize for Original Works: Books for Adolescents. In 2018 she published her second YA novel, (Ri)ġenerazzjoni, which as a manuscript had been a prizewinner in the Literary Contest of Novels for Youth. Later in 2018 Antoinette was awarded the Best Emergent Author prize by the National Book Council of Malta. She has just published her third novel, Amina. Antoinette lives in Mellieħa, Malta, with her husband Brian and their two children.
Follow me on Instagram

Ratings & Reviews
Friends & Following
Create a free account to discover what your friends think of this book!
Community Reviews
Displaying 1 - 9 of 9 reviews
May 1, 2024
Mela. Il-Malti studjajtu kemm-il darba. Imma Antoinette kapaċi tagħmel interessanti anki l-istorja tad-direttorju, aħseb u ara dik ta' lsien bħal dan! Ġmiel ta' ktieb!
July 10, 2024
Many foreigners remain amazed at how Malta, one of the smallest countries in the world, with no more than half a million islanders, managed to develop a unique language that sounds Semitic and is written with the Roman alphabet.
This is even more remarkable given the history of the Maltese people, marked by constant occupation and colonisation by various powers before Malta gained independence as a fully sovereign state in 1964.
In her book Mela, Antoinette Borg provides a holistic, creative and colourful account of the historical processes that led to the establishment of Maltese as an official language, culminating in its recognition as one of the official languages of the European Union. This is indeed a great achievement that our ancestors probably never dreamed of.
Borg’s style of writing as well as her presentation of arguments with a strong sense of humour appeals more to a teenage audience in late secondary schooling. However, her book reflects deep historical research and detailed analysis, demonstrating the great efforts and strides taken by our ancestors to develop Maltese.
Adult readers would certainly benefit from reading this book, as they might gain new knowledge and insights or correct misconceptions.
For instance, is one aware that, although Maltese sounds Semitic, only 33% of Maltese words are Semitic in origin while around 55% are of Italian/Sicilian origin? Or that the English dictionary contains five Maltese words? Particularly interesting is the author’s analysis of the word ‘mela’, which, in popular usage, refers to ‘so’ or ‘of course’. She identifies 13 other interpretations of this word.
Regarding the historical development of Maltese, Borg highlights two crucial contributors that saved the language. The first are the Knights of Malta, who allowed locals to speak their Semitic language even though they used Italian as their most preferred language, while Emperor Charles V abolished all traces of the Arabic language from his empire, shortly after ceding the island to the Knights.
The second is the British colonial government’s subtle efforts to promote Maltese against the Italian language, which was popular and passionately defended by the courts and members of the high class.
The author also acknowledges the contributions of significant figures such as Ġan Franġisk Abela, Mikiel Anton Vassalli, Ninu Cremona, Dun Karm, Pietru Pawl Saydon, and Doreen Micallef, who demonstrated extraordinary courage and personal sacrifice to build the Maltese language on a sound grammatical foundation.
The most fascinating aspect is how Maltese has continuously adapted to other cultural influences in literature, journalism, theatre and even music. Reading Borg’s book makes it clear how important language is to a nation’s identity and heritage.
The author concludes her exploration of Maltese by expressing concern about its adaptation for short messages on technological devices, internet and social media.
She worries that the mixed use of English in such messages could subtly diminish the importance of Maltese in the future. This technological threat, though, seems to be happening to every language, including English.
Perhaps of graver concern is the changing demographics of the islands, with declining birth rates among the Maltese that are being replaced by an influx of foreigners. The challenge for the future of the Maltese language will be whether immigrants will be willing to learn Maltese or whether the language ends up losing out to a hybrid language that accommodates a cosmopolitan setup.
It also must be admitted that most Maltese are bilingual and often find it easier to express themselves in English, when it comes to written communication such as e-mails.
But, overall, Borg deserves praise for her book in the way she leaves readers pondering what a tragedy it would be if the efforts of our ancestors were lost to modernism. This book should be read by every Maltese person in order to appreciate and cherish the richness of the Maltese language.
As Borg observes, we should always remember the incident when the Maltese national anthem was conveniently forgotten by the British authorities during a particular football game that involved our national teams. At that moment, the crowd erupted in anger, and it was immortalised later in the poetic verses of Rużar Briffa:
"U il-kotra qamet u għajtejt jiena Maltija, miskin min ikasbarni, miskin min jidħaq bija.”
(“And the crowd erupted and chanted I am Maltese, unfortunate will be those who mock me, unfortunate will be those who deceive me.”)
--------------------------------------
Ħafna barranin jibqgħu mistagħġbin kif Malta, bħala wieħed mill-iżgħar pajjiżi fid-dinja, b’populazzjoni t’inqas minn nofs miljun, irnexxielha tiżviluppa lingwa li tinstema’ Semitika meta mitkellma imma tinkiteb bl-alfabet Ruman. Hija aktar straordinarja meta tqis l-isfond storiku tal-poplu Malti li kien konstantament maħkum u kkolonizzat minn forzi barranin qabel ma l-pajjiż ħa l-indipendenza ta’ stat sovran fl-1964.
Fil-ktieb tagħha “Mela”, Antoinette Borg, tipprovdi rakkont ħolistiku u fl-istess hin kreattiv u kkulurit tal-proċessi storiċi li wasslu biex stabbilew il-lingwa Maltija bħala lingwa uffiċjali – liema lingwa ġiet rikonoxxuta wkoll bħala waħda mil-lingwi tal-Unjoni Ewropea. Din hi tassew kisba ta’ success kbir li l-antenati tagħna qatt ma probabbli ħolmu dwarha.
L-istil ta’ kitba ta’ Antoinette Borg kif ukoll il-mod kif tippreżenta l-argumenti tagħha ( u b’ċertu umoriżmu wkoll) jappellaw aktar għat-tfal li qegħdin fl-aħħar snin tal-iskola sekondarja. Madankollu l-ktieb huwa riflessjoni ta’ riċerka storika profonda u analiżi dettaljata li turi biċ-ċar l-isforzi u l-avvanzi kbar li twettqu mill-antenati tagħna fl-iżvilupp tal-lingwa Maltija. Dan il-ktieb żgur għandu jkun ta’ siewi kbir għal udjenza adulta biex ikollha għarfien ġdid jew issir konxja ta’ kunċetti żbaljati fil-lingwa tagħna.
Pereżempju, kont taf li għalkemm il-lingwa Maltija tinstema’ Semitika, 33% tal-kliem Malti għandhom oriġini Semitiċi filwaqt li 55% huma ta’ nisel Taljan jew Sqalli ? Jew li fid-dizzjunarju Ingliż insibu ħames kelmiet bil-Malti ? Li huwa ta’ interess partikolari f’dan il-ktieb huwa l-analiżi ta’ Antoinette fuq il-kelma ‘mela’ li fl-użu popolari tal-lingwa nużaw din il-kelma biex ngħidu ‘daż-żgur’ (konferma) jew ‘allura nistgħu mmexxu’ ) . Hi tiddentifika tal-anqas tlettax-il interpretazzjoni oħra ta’ din il-kelma.
Rigward l-iżvilupp storiku tal-lingwa Maltija, Antoinette Borg ssemmi żewġ fatturi kontributorji. L-ewwel kontributuri kienu l-Kavalieri ta’ San Ġwann li ħallew il-popolazzjoni titkellem bil-lingwa Semitika minkejja li huma ppreferew jużaw il-lingwa Taljana u filwaqt li l-Imperatur Karlu V ħa passi, ftit wara li ċeda l-gżejjer lill-Ordni, biex abolixxa mill-imperu tiegħu kull traċċa tal-lingwa Għarbija. It-tieni kontributur kien il-Gvern Kolonjali Brittaniku li inkoraġġixxa l-użu tal-Malti biex b’mod sottili jnaqqas l-influwenza tal-lingwa Taljana li tant kienet popolari u mħarsa passjonalment mill-qrati u l-membri tal-klassi għolja.
Antoinette Borg tirrikonoxxi wkoll il-kontribuzzjonijiet ta’ personalijiet ġganti bħal Ġan Franġisk Abela, Mikiel Anton Vassalli, Ninu Cremona, Dun Karm, Pietru Pawl Saydon u Doreen Micallef li wrew kuraġġ straordinarju u għamlu sagrifiċċji personali sabiex il-lingwa Maltija titwaqqaf fuq sisien sodi ta’ grammatika. L-aktar aspett affaxxinanti huwa kif il-lingwa Maltija rnexxielha taddatta maż-żmijinijiet għall-influwenzi kulturali oħrajn bħal letteratura, ġurnaliżmu, teatru, rediffusion u saħansitra ankè fil-mużika. Meta taqra l-ktieb ta’ Antoinette Borg tinduna kemm il-lingwa hija tant importanti għall- identità u l-wirt tan-nazzjon.
Antoinette Borg tikkonkludi l-esplorazzjoni tal-lingwa Maltija billi tesprimi tħassib dwar kif il-lingwa qed tiġi addattata għal messaġġi qosra fuq appart teknoloġiku , internet u social media. Tinkwieta li l-Malti mħallat bl-Ingliż se jnaqqas l-importanza tal-lingwa Maltija ‘l quddiem. Però, din it-theddida teknoloġika hi xi ħaġa li qed tiffaċċja kull lingwa, inkluża dik Ingliża
Ta’ aktar tħassib serju huwa l-mod kif id-demografika Maltija qiegħda tinbidel, bir-rati tat-twelid jonqsu fost il-Maltin waqt li min-naħa l-oħra jkompli jiżdied id-dħul ta’ aktar immigranti. L-isfida għal-lingwa Maltija għall-futur se tkun jekk l-immigranti se jsibux il-ħeġġa li jitgħallmu l-Malti jew jekk il-lingwa Maltija tispiċċax tintilef fost l-ambjent kosmopolitan li qed jinbet f’pajjiżna. Irridu nammettu wkoll li l-Maltin huma bilingwali u ħafna drabi isibuhom aktar komdi jesprimu ruħhom bl-Ingliż meta jiġu għal komunikazzjoni miktuba bħal emejls.
Imma fl-aħħar mill-aħħar, Antoinette Borg ħaqqha kull tifħir għall-mod kif tħallik taħseb u tirrifletti fuq xi traġedja tkun jekk l-isforzi ta’ missirjietna jintiflu fost il-moderniżmu. Dan il-ktieb għandu jinqara minn kull Malti ħalli r-rikezza tal-lingwa Maltija tibqa’ dejjem apprezzata u mħarsa. Kif Antoinette Borg tosserva tajjeb fl-aħħar, għandna dejjem niftakru f’dak l-inċident meta l-innu Malti ntensa mill-awtoritajiet Ingliżi waqt logħba futbol li kien involut it-tim Nazzjonali Malti. F’dak il-mument, il-kotra qamet b’rabja kbira li ġiet immortalizzata fil-versi poetiċi ta’ Ruzar Briffa – ‘u l-kotra qamet u għajtejt jiena Maltija, miskin min ikasbarni, miskin min jidħak bija’

July 14, 2024
M'hemmx ħafna xi ngħid... Ktieb tal-ġenn. Aqrawh!
June 2, 2024
“Kif jista jkun li teżisti lingwa sħiħa u kompluta li juzawha biss erbat iqtates fuq ġebla f'nofs għadira?” Antoinette Borg tgħidilna kif. Qas irrid nimmaġina kemm damet tirriċerka. Pero jien blajtu f’jumejn. Divertentissimu, affaxxinanti, u importanti. Prosit Antoinette Borg u prosit Merlin Publishers.
December 23, 2024
Ktieb informattiv ħafna, imma miktub b'tali mod li tieħu gost taqrah. Dan huwa t-tip ta' ktieb li jiffakkrek kemm għandek tkun kburi li titkellem, taqra, tikteb u tikkomunika b'kull mod ieħor, BIL-LINGWA MALTIJA. Nirrakkommandah mija fil-mija!
June 27, 2024
Biċċa xogħol, kif jgħid il-Malti, Top. Ktieb li mimli fatti u punti t'interess fuq l-iżvilupp u it-traġitt li għamel l-ilsien Malti. Ktieb li jżommok u miktub b'mod li jqanqalek interess kontinwu. Insomma tajjeb m'hawnx
June 30, 2024
Ktieb mill-isbaħ dwar lingwa mill-isbaħ... Vjaġġ divertenti li joħodna nesploraw l-evoluzzjoni tal-Malti, bl-istejjer tal-personalitajiet li sawruh. Nirrakkomandah!
March 8, 2025
Informattiv u miktub b’mod eċċellenti.
December 30, 2025
Jekk tħobb il-lingwa Maltija dan il-ktieb se jgħinek tħobbha u tapprezzaha aktar. Ktieb li rnexxielu jdaħħakni, jbekkini u jħassibni. L-ewwel ktieb fattwali li qbadt u ma ridtx nitlaq minn idi!
Displaying 1 - 9 of 9 reviews