Jump to ratings and reviews
Rate this book

It-togħma morra taċ-ċiċri

Rate this book
“B’It-Togħma Morra taċ-Ċiċri, bl-irwejjaħ, il-mużika, u l-uċuħ mgħottija mill-maskri, Noah Fabri joħodna lura lejn l-ewwel sena tal-pandemija u jħallina maqbudin hemm, fit-toroq vojta u l-ħwienet magħluqin tal- Ħamrun, bl-irwejjaħ tal-ħwawar tal-ikel ħerġin mit-twieqi, imħalltin mat-thewdin dwar il-prekarjetà tax-xogħol, il-flus, il-ħbiberiji, ir-relazzjonijiet, l-identitajiet, iċ-ċittadinanza; dwar kif u min nistgħu nkunu ladarba jerġa’ jiftaħ kollox.”
— Loranne Vella

Eli u Leo jafu ’l xulxin mix-xena tal-mużika, jgħixu flimkien u jaħdmu flimkien. Matul ix-xitwa kwieta tal- pandemija, jinbtu l-ħbiberiji ta’ Eli ma’ Eiro, bniedem li jieħu ħafna ħsieb lil ta’ madwaru imma jixtieq lil xi ħadd biex jieħu ħsiebu, u Faye, pustiera u mużiċista-poeta li qed tieħu ħsieb lil ommha u ’n-neputija. Sadanittant, Leo tisma’ l-mużika, titħasseb fuq ħajjitha, u kuljum tħoss lil Eli ftit iktar ’il bogħod minnha. Imbagħad jasal is-sajf, u mat-toroq tal-Ħamrun u l-Marsa, u fil-bar ta’ Raħal Ġdid, jegħrqu u jwaħħlu l-emozzjonijiet kollha li ilhom ix-xhur lesti biex ifuru.

336 pages, Paperback

Published January 1, 2024

Loading...
Loading...

About the author

Noah Fabri

8 books1 follower

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
5 (27%)
4 stars
9 (50%)
3 stars
4 (22%)
2 stars
0 (0%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 - 3 of 3 reviews
Profile Image for Lara Calleja.
Author 16 books57 followers
January 2, 2025
Imxejt mixja ma' Noah Fabri . Qalb il-Ħamrun u l-Marsa. Ħadt wens bl-irwejjaħ ta' sopop, ċiċri u l-borma li dejjem għaddejja. Ħassejt l-enerġija fil-kmamar tad-dar mimlija ħbieb li jiġu u jmorru, imma jwennsuk mit-toqol tal-ħajja għaddejja. Ridt ngħannaq kull wieħed u waħda mill-karattri li Noah għasar kull ħlewwa li setgħet toħroġ minnhom.

Fuq il-kamra tal-bejt ma' tlugħ ix-xemx u anke nżulha, mxejt ma' dal-ktieb u issa li spiċċa, kważi nħoss diqa
Profile Image for Brittany.
7 reviews
February 13, 2025
Dan il-ktieb fih deskrizzjonijiet dettaljati ħafna tal-ħajja ta’ żewġ persuni, differenti imma simili, waqt li kienu qed jgħixu ħajjithom fi żmien il-pandemija. Il-kitba ta’ Fabri sabiħa wisq, iddaħħlek sew fid-dinja ta’ dawn iż-żewġ min-nies. Kważi tħossok qed tgħix magħhom ❤️
Displaying 1 - 3 of 3 reviews