Kull sentenza, kull paragrafu, sottokapitlu, kapitlu, ta’ dan ir-rumanz, huma masterclass fil-kitba. It-tema prinċipali hija t-tema ta’ żminijietna, u forsi mhux biss, imma żgur importanti. Il-qoxra sabiħa serviet ta’ bookmark sabiħa għal xi ħadd li, għalkemm għandu ħafna minnhom, għal xi raġuni, qatt ma jsib waħda. L-idea tat-titlu, nixtieq nisraqha.