Jump to ratings and reviews
Rate this book

Miti Maltin Monstri U Kreaturi

Rate this book
Fil-qigħan tal-ibħra Maltin, f’xi għerien mistura, jew bjar fonda, ‘l bogħod mix-xmux, jistejqru monstri minsġa qalb mewġ notturn, kreaturi tal-qedem fejn iterrqu għal vittma li jmiss. Tista’ tkun int, nista’ nkun jien, min jaf?
Il-Belliegħa tal-bir, il-Gawgaw, Ċensa l-Mewt, Żulejma fost ħolqien oħra qed jistennewk imkeffna qalb il-paġni ta’ dan il-ktieb, sabiex int il-qarrej terġa’ tonfoħ nifsek fihom u tqajjimhom mill-ġdid.
Vjaġġ fil-folklor tal-poplu Malti, fejn midfun taħt il-ħolqien tal-miti Maltin, hemm jistkenn is-subkonxju. U li kieku ngħidlek li l-istorja favorita li tmissna fil-mitoloġija, min jaf hux dik l-istorja li ngħidu lilna nnfusna sabiex inżommu sani f’din il-ħajja waħdiena li ngħatajna?

Paperback

Published November 5, 2025

3 people want to read

About the author

Rowena Grech

3 books13 followers

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
8 (80%)
4 stars
1 (10%)
3 stars
1 (10%)
2 stars
0 (0%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 - 7 of 7 reviews
Profile Image for Eliza.
74 reviews14 followers
January 1, 2026
Nibda billi ngħid prosit kbira lil Rowena għall-kitba sabiħa u poetika tagħha. Vera affaxxinatni l-mod kif tikteb u tispjega, u kif kapaċi ddaħħlek fid-dinja tal-istejjer tagħha. Ngħid ukoll prosit lill-illustratriċi Luana Montebello għall-illustrazzjonijiet sbieħ li dan il-ktieb fih, li jkomplu jagħtuh ħajja u profondità.

Miti Maltin – Mostri u Kreaturi huwa ktieb li jinkludi 14-il storja qasira, fejn kull waħda tirrakonta episodju mill-ħajja fittizja ta’ xi personaġġ marbut ma’ xi mostru jew kreatura li ġejjin mil-leġġendi u l-folklor tal-passat. Kull storja għandha l-lat “oskur” tagħha, li huwa mistenni, iżda qatt ma tkun taf fejn u kif jew x’se jiġri. Għalhekk kull storja żżommok imwaħħal sal-aħħar biex tiskopri x’se jiġri.
L-istejjer huma kollha intriganti u kollha għoġbuni, għax il-kitba ta’ Rowena, kif għidt qabel, ddaħħlek minnufih fl-istorja.

Il-ktieb domt ftit biex nispiċċah għax apparti li Diċembru huwa xahar li nkun impenjata ħafna, meta kont nispiċċa storja, qabel ma kont nibda oħra, kont nieħu pawża żgħira.
M’għandix storja favorita, għax kif diġà għidt kollha għoġbuni, imma jekk irrid insemmi xi wħud li laqtuni l-iktar nista’ ngħid li fosthom hemm Il-Gawgaw, Censa l-mewt u Żulejma.

Dan il-ktieb nirrakkomandah lil min iħobb il-mitoloġija, il-folklor u l-istejjer tal-passat, kif ukoll lil min iħobb stejjer kemxejn tal-biża’, bħal dawk li kienu jgħidulna l-ġenituri jew in-nanniet tagħna biex noqogħdu kwieti.

Tajtu 5/5 fuq Goodreads, u nispera li naqra iktar kotba mill-pinna ta’ Rowena Grech fil-futur, għax għandha talent kbir għall-kitba kreattiva.
Profile Image for Sarah Jane Gauci.
2 reviews3 followers
December 30, 2025
Grech’s writing seamlessly blends Maltese myths with present life and relatable themes.

Every story manages to evoke a dark sense of mystery through the presence of mythical monsters, while still showcasing relatable themes that ground the reader.

Grech touches on various themes such as the destruction of nature, loneliness, and mental health issues. She marvelously manages to blend fantasy with reality, resulting in a relatable yet whimsical retelling of iconic myths.

In addition, it is wonderful to read a book that’s rich with Maltese culture that also expresses current issues, such as Malta’s reckless overdevelopment.

Overall, Grech’s writing is impeccable and I would recommend anyone to give this book a read!
Profile Image for Lara Calleja.
Author 16 books56 followers
November 22, 2025
Kull storja qrajtha waħda kuljum. Ridt kull rakkont jibqa' miegħi bħala mument maġiku mal-jum; kull storja ħaqqha ħinha biex tilħaq timraħ u tissawwar fil-menti - fl-istess ribelljoni tiegħi kontra l-għaġġla tal-ħajja moderna. Għax kollox ħaqqu ħinu - u stejjer bħal dawn miktuba f' Miti Maltin huma tfakkira ta' hekk.

Il-lingwa użata hija mżewqa u s-sentenzi jgħinuk taqbeż minn sentenza għal oħra b'ritmu sabiħ. Nissuġġerih ktieb ħelu ta' qabel il-lejl, jew l-ewwel qari ta' filgħodu. Għax kollha għandna bżonn dik id-doża ta' maġija, u Rowena Grech ħolqot formola tajba.

Imbagħad, l-istampi ta' Luana Montebello m'għamlu xejn ħlief taw sfumatura ewsa u iktar profonda ta' dar-rakkonti ħlejju
Profile Image for Britney Buttigieg.
7 reviews2 followers
December 8, 2025
Ktieb assolutament magiku mimli b’mitologiji li jaqsmu fir realta u titpaxxa bl ispirazzjoni li dawn l istejjer igibu mahhom u kliem verament meraviljuzi❤️
Profile Image for Marouska Montebello.
5 reviews
December 7, 2025
Malli tiftaħ l-ewwel paġna, bħal dawl ħafif jinqala’ minn din id-dinja u jidħol ġo oħra moħbija bejn il-kliem. Ma tibqax int, u lanqas in-narratur; issir ruħ siekta, xhud imbierek li jdur bejn il-karattri bħall-irwejjaħ ta’ filgħodu. Tħoss iċ-ċaqliq sottili ta’ qalbhom, tħabbat it-tama u l-piż ħafif tad-dwejjaq. Din hija s-saħħa ta’ Rowena — li tagħti nifs bil-link fuq parċmina, u toħloq il-karattri tagħha ħajjin biżżejjed biex imissulek ruħek. Huma ma jibqgħux fuq il-paġni; izda jidħlu ġewwa żniedek, jibqgħu miegħek, u jsiru parti mill-istorja tiegħek ukoll.
Mill-ħlejjaq tal-qedem Maltin sal-bnedmin li jixhdu l-orruri tal-lejl, tħoss li l-koeżistenza kienet difficli. Nista nigħd li l-istejjer huma provokattivi u jħallu ġuħ għal aktar, hemm sens sottili ta’ għaqda li tinbet bejniethom. Rowena tagħti l-interpretazzjonijiet tagħha lil dawn l-istejjer antiki li waslulna mingħand missirijietna; u xi wħud jistgħu jgħidu, “Imma jien niftakar lil dan il-monstru b’mod differenti.” Iżda ma tagħmel l-ebda differenza — għax dawn l-istejjer huma bħal memorji miktuba, li jdumu aktar mill-vuċi li qalitlhom l-ewwel darba.
Nħeġġiġkom mil-qalb biex taqraw dan il-ktieb. Minnufih tħoss li hemm riċerka soda u profonda warajh — tidher fid-deskrizzjonijiet tal-ħlejjaq, li huma mogħtija b’ħila u b’għaġeb rari. Kull dettall jidher bħallikieku nqabad ħaj minn kelma waħda. Nixtieq ukoll nifraħ lill-artista Luana Montebello, li b’delikatezza u sensittività sabet modd li jistieden lill-qarrej jidħol aktar fil-maġija tal-istejjer.
Profile Image for Peter Portelli.
Author 2 books14 followers
December 30, 2025
Rowena Grechdoes a superb job of weaving the ordinary with the extraordinary all while showcasing ghouls and monsters from Maltese folklore. The stories say just enough to make wish for more. Like good cake on Halloween...kudos to the author.
Profile Image for Daniel Schembri.
Author 2 books15 followers
January 8, 2026
Dan ix-xogħol imur lil hinn mill-miti li jżewqu l-folklor Malti, u li nassoċċjaw ma’ sens ta’ nostalġija. Dan għax f’numru ta’ rakkonti f’dan il-ktieb, il-fantasija ta’ mostri u kreaturi ġiet imżewwqa b’mod effettiv mad-dlamijiet tar-ruħ tal-protagonisti - is-solitudni, ix-xjuħija u l-mewt; u l-pjagi soċjali tal-abbuż sesswali, il-vjolenza domestika, il-problemi ta’ saħħa mentali u l-addiction. B’hekk, intlaħaq bilanċ bejn id-dinja tal-fantasija, u l-kontrapiż ta’ kriżijiet eżistenzjali. Fl-aħħar rakkonti ta’ din il-ġabra, dan kollu jerġa’ jieħu dimensjoni akbar, hekk kif mil-livell psikoloġiku tal-individwu, Rowena tgħaddi għal realtajiet globali, bin-narrativa ta’ miti u kreaturi titpoġġa fuq sfond ta’ kriżi ambjentali, b’konsegwenzi apokalittiċi; bix-xogħol jingħaqad bl-illustrazzjonijiet kapaċi ta’ Luana, li jikkumplomentaw dak kollu li żewqet l-awtriċi.
Displaying 1 - 7 of 7 reviews

Can't find what you're looking for?

Get help and learn more about the design.