Eternament grat għal dan ir-rumanz talli kien wieħed mill-ewwel rumanzi apertament queer fil-letteratura Maltija. Mhux talli hekk, talli jippreżenta mumenti ta’ mħabba tenera bejn iż-żewġ protagonisti, mumenti li joffru rappreżentazzjoni pożittiva ta’ relazzjonijiet omosesswali u li jegħlbu bosta sterjotipi, fosthom li nies gay ma jħobbux għajr b’mod sesswali. Togħġobni ħafna wkoll iċ-ċelebrazzjoni tas-sesswalità u tal-iġsma queer f’dan ir-rumanz, xi ħaġa li sseħħ mingħajr mistħija jew diżgust permezz tal-kitba. Imma...
Ikolli ngħid li, għalkemm dan ir-rumanz jeħodha kontra diversi kurrenti omofobiċi, jaqa’ f’ħafna klixejiet li jirriproduċu l-omofobija. Ngħidu aħna, it-tmiem traġiku, għad li jinħass ġej sa mill-bidu, huwa perikoluż u ta’ detriment għal persuni queer. Però, importanti li ngħid li t-traġedja mhix il-kastig li r-rumanz jagħti lill-protagonisti għad-“devjazzjoni” morali tagħhom (l-omosesswalità - devjazzjoni morali f’sens reliġjuż u f’soċjetà eteronormattiva), iżda r-riżultat tal-oppressjoni mis-soċjetà u mill-Knisja, li tirrovina lill-protagonisti u ttellifhom l-imħabba li jsibu f’xulxin. B’dan il-mod, ir-rumanz jirnexxilu jevoka, b’mod qawwi ħafna, kemm is-soċjetà u l-Knisja jagħmlu ħsara lil persuni LGBTIQ+.
Il-karatterizzazzjoni hija b’saħħitha ħafna, u hija din ir-raġuni li twassalni sabiex nemmen li t-tmiem seta’ ġie evitat. Il-karattri huma determinati minkejja l-oppożizzjoni kontrihom, u ma tistax ma taħsibx li t-traġedja setgħu għelbuha kieku l-awtur enfasizza r-reżiljenza tagħhom (li tidher f’ħafna waqtiet), flimkien man-nuqqas ta’ poter tagħhom f’istituzzjonijiet ripressivi. Jista’ jkun li din hija biss xewqa tiegħi, u mhix l-aħjar mod li bih seta’ jagħlaq ir-rumanz, iżda mhix xewqa fiergħa, għax il-grinta għar-rebħa ta’ mħabbithom hija kbira ħafna fil-karattri.
Nick u Bep, nixtieq ngħannaqkom waħda kbira. Grazzi talli intom dak li intom, minkejja kollox. Inħobbkom.
This entire review has been hidden because of spoilers.
Dan il-ktieb huwa l-unika ktieb bil-Malti li qrajt f'sena nahseb. Tejjibli il-Malti ghal ftit allura ha niprova nikteb il-kummenti tieghi bil-Malti.
Dan il-ktieb kont ilni biex naqrah minn meta hareg u fl-ahhar iddecidejt li naqrah- li bil-Malti kien qed iwaqqafni naqa ghax indum naqra iktar bil-Malti. Pero kien hemm hafna kapitli li grejt bihom umbad habba il-hajja kien hemm mumenti fejn ghamilt granet ma naqra xejn. Il-kapitli qosra u jigbduk. Mhux narrattiva hemm biss imma hemm intervista u xi talb ukoll. Nahseb dawn l-elementi ingabru flimkien biex jwisslu storja li tigbdek fiha u thossha reali.
Filfatt parti minn dan il-ktieb hija ibbazata fuq realta' pero mhux kollox, specjalment mhux l-ahhar bicca zgur. Ma ghandux gheluq pjacevoli pero reali nahseb.
L-istorja hija dwar Nick, li jahdem f'lgbt center u Bep maestro tal-muzika li qed jiskopri l-orjentazzjoni sesswali tieghu u specjalment kif ikun iktar apert. Bep huwa droga ghal Nick. Bep huwa dak pero li jrid fl-ahhar minn l-ahhar lil Nick imur mieghu ghand familtu.
Nick jispicca jwegga u nahseb jiggennen. Naraw kollox minn naha ta' Nick u xi kultant thoss ghalih u xi kultant tibza tkun f'mohhu.
Just for the record, I do not know how this happened: I suddenly found a one-star marking by Tyrone Grima for my own book. I have absolutely no idea how this happened. I tried to delete it, but after numerous attempts the only way forward was to increase the star-marking, even it is not up to me to do so on my own work. If anyone can explain to me how to delete it totally, I would appreciate it.
I struggle reading in Maltese at the best of times, but I do not regret reading this book at all. You rarely read gay romance stories in Maltese, let alone one where the main character is bisexual. It's an amazingly heartfelt story of love, loss and betrayal. While the ending came out of nowhere, I did enjoy reading it anyway and highly recommend it to anybody who enjoys reading in Maltese.
My only gripe with this book is that it falls into two tropes - the 'bisexuals can never decide what they want' trope and the 'bury your gays' trope. However that doesn't detract from the amazing writing and beautiful narrative voice of Nick. I also particularly love the intertwining of religion into the story in a way that I'm sure many Maltese people can relate to.
This entire review has been hidden because of spoilers.