John Bonello is the award winning author of the young adult fantasy trilogy ‘Il-Logħba tal-Allat’ (The Game of the Gods), the time-travelling duology for adults ‘Unus Mundus’ and the series of detective novels for children Irvin Vella, Virtual Investigator. Learn more about him at www.johnabonello.com
Storja ħelwa li ċert li hija l-bidu ta' serje ta' investigazzjonijiet ta' dan il-karattru żaqqieq imma b'intenzjonijiet tajba. Għalkemm (ovvjament peress li sfortunatament m'għadnix tifel) ta' Bonello personalment xorta nippreferi l-kotba għall-adulti (u qed nistenna b'ħerqa t-tieni ktieb tas-serje Unus Mundus), dal-ktieb juri l-versatilita' tal-awtur. L-illustrazzjonijiet ta' Lisa Falzon huma impekkabli.
Prosit John. Kont ili ma naqra xi ħaġa hekk għall-età li kont qed timmira għaliha. Il-każ jinkixef (bl-Ingliż ngħidu "to unfold") b'mod tajjeb ħafna u t-tidwiriet lejn l-aħħar iżommu lil dak li jkun fuq ix-xwiek. Hemm karattri li fihom element tradizzjonali (bħall-istatutura tal-aħwa) u oħrajn friski wisq. Naħseb li l-profil ta' Irvin imsawwar tajjeb ħafna. M'hemm ebda karattru żejjed f'dan is-sens; kollha kkontribwew il-parti tagħhom. Huma karattri mimlija karattru. Il-comic reliefs ħelwin ukoll. Prosit ukoll lil Lisa. Paġna 107, epika!
Is-suspans ġiegħlni nkompli naqra sal-aħħar iżda sfortunatament, il-climax ma impressjonani xejn. Irvin Vella huwa bniedem pjuttost innoċenti minkejja li intelliġenti. L-imħabba tiegħu għall-ikel għoġbitni ferm għax mhux ta' spiss naqra dwar karattri li jħobbu jsostnu lilhom infushom daqshekk. Storja li tixbah ferm lil waħda minn tal-Famous Five ta' Enid Blyton.
Minkejja l-'fatat' u ħsejjes sopranaturali li jinstemgħu jikwu mal-villa Manduca, Vella jikkonkludi li avvenimenti fejn jidhru l-iħirsa huma ferm suspettużi u allura mhux il-każ. Bl-għajnuna tal-kuġini tiegħu jsir jaf min tassew wettaq il-pjan biex tittieħed id-dar mingħand il-barunessi Manduca. Il-mod ta' kif dan ġie żvelat kien diżappuntanti u komuni wisq. Għalkemm it-tmiem tal-istorja m'għoġobnix kemm xtaqt, il-kitba leġġera u l-illustrazzjonijiet brillanti u rari.
L-ewwel ktieb tas-serje unus mundus tal-istess awtur, s'issa huwa ferm iżjed interessanti. Forsi minħabba li għal udjenza iżjed matura. Nispera li sal-aħħar tas-sena nikkonkludi d-duoloġija.
Tal-Ġenn John. Ilni na naqra ktieb immirat għal udjenza ċkejkna b'tant ħeġġa. Jien stess inqbadt fit-tensjoni li s-suspans tiegħek irnexxielu joħloq. Għalkemm mexxej huwa mgħobbi b'espressjonijiet li l-udjenza ċkejkna għandha bżonnhom b'risq ħakma aħjar ta' lsIenha. Kif ngħidu bl-Ingliż, "a page turner".
Avolja m'ghadnix tifla dan il-ktieb vera hadt pjacir naqrah...storja tajba li ggieghlek tkompli taqra u illustrazzjonijiet tal-genn. Prosit lil John Bonello u Lisa Falzon. Nispera li jkun hemm kotba ohra fis-sensiela mhux wisq fil-boghod...
L ewwel każ ta l investigatur virtwali, Irvin Vella 🔍
Ktieb helu hafna specjalment ghal tfal bejn 8-13 sena.
Każ fuq Villa Manduca li kienet ghal qalbi speċjalment peress li il Villa Manduca hija fir Rabat. Każ fuq 2 ahwa jisimaw l ihirsa biex johorgu mid dar darba ghal dejjem
Iltqajt mal-Investigatur Virtwali Irvin Vella fit-tletinijiet tiegħi u ma jiddispjaċinix li fl-aħħar bdejt din is-serje. Kienu ilhom isemmuhuli l-istudenti u fl-aħħar ġie f'idejja. Għalkemm tmiem prevedibbli, huwa ktieb mexxej li jqanqal suspans. Miktub tajjeb tant li jdaħħlek fl-istorja u tipprova toħroġ it-teoriji tiegħek, dwar il-każ tal-aħwa Manduca. Bla ma trid tieħu grazzja mal-karattru ta' Irvin hekk kif bl-għaqal tiegħu jipprova jsolvi l-ewwel każ tiegħu. Ħerqana li nara fejn se jeħodni t-tieni każ tas-Sur Vella.