Ġabra ta' stejjer u fotografija. Proġett li jittanta jesplora kif iż-żgħażagħ, ġejjin minn familji u influwenzi differenti jinteraġixxu flimkien minkejja l-preġudizju u l-isterjotip Slimiż.
Għadd ta' stejjer qosra li xħin tgħaqqadhom kollha f'salt, u zzid ir-ritratti magħhom, toħloq 'storja' akbar, li finalment naħseb li kien l-iskop tal-proġett. L-istejjer mirquma tajjeb, Malti sabiħ u jispikka immens l-istudju tal-karattri. Hemm stejjer minnhom 'ħfief', iffukati aktar fuq dak li jidher fil-wiċċ waqt li oħrajn jidħlu f'saffi aktar 'il ġewwa fl-analizi tad-dwejjaq u t-tiġrib tal-protagonisti ta' dawn l-istejjer. Dan il-kuntrast jogħġobni.