It-tieni ktieb fid-duoloġija Unus Mundus, ikompli wara "Fil-Mergħat tal-Impossibbli"
Din id-darba sab ruħu fl-2056, fil-Labrador, fit-tramuntana tal-Canada. Madwar Steve, ’il fuq minn erbat elef attivist tal-Front Row — u ħabib antik. Sejrin ilkoll Greenland biex taħt l-ilwien imsaħħra tal-aurora jbiddlu l-ġejjieni tal-umanità, billi jwaqqfu bniedem li qed jagħmel ħsara lid-Dinja. Iżda f'din il-mergħa, mhux kollox faċli daqskemm jidher. Steve Ebejer, is-Serafin, irid jipprova jifhem x'inhu mitlub minnu filwaqt li jikkontrolla l-ħiliet tiegħu li qegħdin dejjem aktar jissaħħu. U jrid jagħmel hekk mingħajr ma jiżbalja għax issa jaf li sar tard wisq. Il-vjaġġ li beda Fil-Mergħat tal-Impossibbli issa jrid jintemm hawnhekk.
John Bonello is the award winning author of the young adult fantasy trilogy ‘Il-Logħba tal-Allat’ (The Game of the Gods), the time-travelling duology for adults ‘Unus Mundus’ and the series of detective novels for children Irvin Vella, Virtual Investigator. Learn more about him at www.johnabonello.com
Ngħid il-verita' stennejtu ser ikun totalment differenti, li m'hijiex neċessarjament xi ħaġa ħażina. Anzi - l-idea u l-konklużjoni kienu oriġinali ferm. Qiegħed nagħti 4 stilel, pero', għax f'ċertu mumenti ħassejtu qiegħed jiġri wisq biex jasal biex jagħlaq meta d-dinja li ħoloq l-ewwel ktieb - fl-opinjoni tiegħi għallinqas - fiha ħafna aktar mergħat u avventuri x'wieħed jesplora! Frott l-egoiżmu tiegħi immaġinajt sitwazzjonijiet differenti - umoristiċi, drammatiċi, etc - li fihom wieħed jista' jaqra l-imħuħ per eżempju. Xtaqt ukoll nara lil Petru Marcus joħloq ftit iktar kjass fit-tieni ktieb għax kellu l-potenzjal li jkun ta' terrur denju tal-aqwa villani qabel ma l-ktieb jiżvolġi mingħajr ma nikxef xejn għal min għadu ma qrahx. Pero' proset tassew... dan mhux tmaqdir imma xi ħsibijiet li ġewni waqt li kont qiegħed naqra. Għal li jmiss John, li nisperaw li ma jdumx!
Għal qarrej li mhuwiex midħla żżejjed tal-fantaxjenza u logħob bejn l-universi u timetravelling u l-bqija, żammni ħafna u sibtu ironiku u riflessiv u realistiku u ma jiddejjaqx ikun iebes mal-qarrej, l-aktar it-tmiem.