Rumanz li jittratta erba’ ġenerazzjonijiet ta’ familja li għexet fid-dell ta’ stilla ħażina. L-istorja tal-protagonisti sseħħ fl-isfond tal-Istorja ta’ Malta, u l-fattwali u l-fittizju huma minsuġa flimkien biex jinħoloq rakkont irrakkmat bir-reqqa. Pass pass mal-istorja naraw il-ġrajjiet ta’ dan ir-rumanz jiżvolġu waħda wara l-oħra, sakemm iż-żejt jidher ċar, allavolja fil-qiegħ tal-ilma.
Two chapters in and I thought I wasn't going to enjoy reading this book. I'm happy that I decided to continue reading it because I would have missed out on such a moving story about the life of Doris; A simple woman who always puts family first no matter what. Martin Bugelli describes the characters and settings so well, making it quite easy for me to place clear images while reading. I wasn't too keen on the actual pace of the book; skipping from one era to another in a matter of a few lines, but I guess that is what the story is all about.. the life of Doris and what she went through. Overall I really enjoyed reading this captivating book.
Nammetti li dan il-ktieb qrajtu fuq parir ta' ħabib. U ma jiddispjaċinix! Fih storja (rumanz) minn għajnejn innoċenti imma joħorġu ammont ta' episodji ta' ħażen, forsi intern ħażin. Fih ħafna mumenti li tħossok mort lura fiż-żmien - mument ta' ħsus tradizzjonali Maltin imbagħad timxi 'l quddiem fiż-żmien iżda bl-istess kalma. Dwejjaq, ferħ u mumenti li kulħadd li jaf li kapaċi jiġru fil-ħajja ta' kuljum (normali) imma xorta waħda ma narawhomx komuni jew ta' min irid ikun parti minnhom jew jiddiskutihom. Ta' min jaqrah, itik ċaqliqa u tibqa' għaddej/ja sa ma tlestih.