"Inħarrfu l-Ħrejjef" kien kors ta' kitba kreattiva li ttella' fuq medda ta' sitt sessjonijiet , b'kollaborazzjoni bejn l-Għaqda tal-Malti – Univeristà, it-Teatru Salesjan u s-Salesjani Juniors.
"Inħarrfu l-Ħrejjef" hu wkoll isem il-pubblikazzjoni aħħarija. Il-pubblikazzjoni ma saritx fis-sens tradizzjonali tal-kelma, imma permezz ta' blogg, u fuq bażi kontinwa. Dan sabiex il-kors jitwassal lill-pubbliku bħala proċess aktar milli prodott. Dan il-kors kien maħsub sabiex it-tfal u l-adolexxenti (minn 8 sa 12-il sena) stess ikunu s-sors ta' kreattività, u mhux il-creative enablers, jiġifieri t-tweġibiet u d-deċiżjonijiet dwar kif il-ħrejjef jiżviluppaw fi stejjer ġodda, tħallew f'idejn il-parteċipanti.