"Fl-internet is-sess hu bla isem, bla limiti u bla kantunieri. Hi, kif int? Niltaqgħu? Kif tidher? Tall, samra u rqiqa. U int? Mibni, twil u ismar. U hemm isfel? Ħeħe, armat ukoll naughty girl. Għandek karozza? Ok, siegħa oħra mela.
Imma dan ir-rakkont mhuwiex fuq l-internet jew xi studju tal-bidliet teknoloġiċi f'dawn l-aħħar tletin sena. Dan huwa rakkont tiegħi, fuqi, Lucy. Lucy li ma jafuhiex iktar minn mitejn persuna tgħaqqadhom f'daqqa. Imma kulħadd għandu xi ħaġa interessanti xi jgħid, ħi."
Lucy.
Lucy mhi ħadd speċjali. Min jafha?
Kienet għadha ma taf kważi xejn, fuq kif inhu raġel u kif għandha żżomm banner waqt protesta ambjentali li ’qas taf kif spiċċat fiha. Minn falliment ta' date mal-ewwel raġel li mank biss tiftakar x'jismu, għal George — jew Ġorġ, kif iridha hu … U mbagħad l-oħrajn …
U mbagħad, f'salt, ġraw ħafna affarijiet.
Min-nies li kellmet, ħbieb li għamlet u pajjiżi li skopriet, Lucy indunat b'dinja kbira u wiesgħa, ħafna ikbar u usa' mill-problemi tagħha.
U rrealizzat kemm setgħet tagħżel, dejjem. Ix-xelta setgħet tkun kbira, jew limitata. Imma dejjem setgħet tagħżel.
Ktieb b'immaġni mqanqla u metafori ħajja. Il-kitba ġenwina, daqs il-"ma nafx ma nkunx patetikament onesta" ta' Lucy. Tbissimt; u dak sinjal tajjeb. Hemm xi ħaġa Maltija f'Lucy, fil-mod kif titkellem, kif tirreaġixxi ... donnu li inevitabbilment jisimha Lucy. Lu għax fejn trid tikka pulita, u Lucy għax ħafna drabi "salvaġġa" u feroċi. Forsi lil Lucy xtaqt insir nafha iktar ... ħallietli diversi spazji vojta biex nimliehom u li xtaqt li kieku ma ħallitnix waħdi fihom (kif ħalliet l-irġiel li qatt ma ħabbet). Ħallietli karattri li nixtieq li reġgħu tfaċċaw. Imma kif jgħid l-isem tal-ktieb stess, dik il-"min", Lucy qed tiskopri lilha nnifisha u naħseb rassenjata li dit-tiftixa ma tispiċċax għax tikber sena oħra.
Kummentarju genwin, helu, ordinarju u straordinarju fl-istess hin ta' tfajla li qed tiskopri ftit ftit il-kantunieri u tidwir ta' dinja mhawda, kerha u sabiha fl-istess hin. Karattru li mhux talli accetta d-difetti tieghu izda sar jiggusthom. Daq il-morr tal-hajja u kuntent li daqu ghax b' hekk biss jista vera japrezza t-tjubija tal-helu. Ktieb helu hafna u bla kantunieri.
Lucy mhi ħadd speċjali u la mhi xejn speċjali, ovvja li kważi ħadd ma jafha. Lucy hija waħda minn dawk li fil-folla ma tispikkax, wiċċ li sempliċiment jgħin biex ir-ritratt ta’ fuq għajnejk jew ta’ fuq l-iskrin ma jħalliex partijiet vojta, bħal kif jagħmlu l-extras f’xi film. La hija daqstant plaċida, l-istorja tagħha ma tistax tkun tiswa aktar mill-erba’ karti li miktuba fuqha.
Imma l-istorja ta’ Lucy, li Lara Calleja tatha l-ħajja b’xi mod ħadmet.
Billi ma telgħetx muntanji għoljin, billi ma tmexxix kumpaniji ta’ miljun ruħ, u billi m’għandiex miljuni wara isimha Lucy xorta għandha storja li żżommok u li fuq kollox tista’ tirrelata magħha.
Storja miktuba b’ċertu sempliċità, sentenza qasira wara oħra. Huwa monologu, fejn in-narratriċi hija l-karattru prinċipali u kull karattru li daħal fl-istorja dejjem rajnieh mil-lenti ta’ Lucy, bħal kif inhi wara kollox il-ħajja. Kull ħaġa li nagħmlu jew tiġrilna nterpretat minnha nfusna, għax lilna ġara u aħna nafu xi nħossu fuq dak, fuq dik, fuq dawk is-sitwazzjonijiet.
L-istorja kultant ikollha bżonn sfond mużikali kemxejn melankolika jew depressiva fejn il-Joy Division pereżempju jistgħu jkunu idejali biss kuntlarju għal Ian Curtis, Lucy dejjem hemm fiha ċertu tama, u meta l-bibien dehru magħluqin u t-toroq ma jagħtu għal imkien għax wara kollox triq ma tiċċaqlaqx, afdat f’saqajha biex tasal x’imkien.
U aktar milli moħħha fejn se tasal, moħħha fil-vjaġġ innifsu.
Ghogobni hafna il-ktieb ghax kien hemm affarjiet li veru hassejtni nirrilata maghhom (l-aktar xhin Lucy regghet ltaqghet ma shabha tal-jc - x' qed taghmel? hahahah). Kien hemm bicciet fejn il-ktieb kien ftit dark ghalija, u kien hemm bicciet fejn nfqajt nidhaq waqt li qed naqra (mnalla ma kontx qeghda fuq xi tal-linja ghax kienu jahsbuni m'ahniex)....pero veru ktieb mexxej u li jgghelek tibqa issegwi dak li qed taghmel lucy sakemm tasal sal-ahhar tal-ktieb...pagna wara l-ohra anqas naf kif qrajtu....u spicca wisq malajr...kont drajtha lil din lucy jahasra.
"...u meta sabbatt il-bieb u tlaqt għal għonq it-triq, kont imbeżżgħa. Kont għadni ma naf xejn fuq il-ħajja. Tlift kollox f'sekonda. Għarwiena f'sekonda. B'qalbi vojta f'sekonda. U dik is-sekonda trid iddum tkarkar biha Alla jaf kemm..."
...qabbiztli demgħa...tbissimt...rajt ħafna minn dawk ta' madwari...u rajt lili...
Proset Lara! Kont ili ma naqra ktieb bil malti snin twal. Hloqt karattru li dejjem izommok tkompli taqra ha tara xha jigri f hajjet din Lucy. Tbissimt hafna drabi jien hu naqra, certu partijiet haduni lura f'meta jien kelli 15 il sena! Ktieb 'straight to the point', sbukkat f'mod tajjeb. Well Done and keep them coming!!
Bla ma trid tissimpatizza u thossok thares lejn id-dinja, minn ghajnejn Lucy. Il-kitba selvagga u xi ftit bombastika imma f'mod tajjeb ghax tmur dritt ghal punt. L-unika hasra hi li ma nafux kif spiccat hajjitha, xtaqt li sirt naf aktar fuq hajjitha kollha.
Kitba genwina u "patetikament onesta'" u li jekk int Malti ma tistax xi ftit jew wisq ma tirrelatax ma' Lucy f'xi mument jew iehor tar-rakkont. Proset Lara!
Ma nkunx qiegħed nigdeb jekk ngħid li kelli ċertu aspettattivi għal dan il-ktieb.
Meta nispiċċa ktieb, fil-maġġor parti jkolli togħma ħelwa wara. Ma nistgħax ngħid l-istess wara li qrajt "Lucy Min?".
Ir-rakkont fil-fehma tiegħi huwa xi ftit jew wisq imħawwad u bla direzzjoni. Nistqarr li bħala Malti miktub ma dejjaqni xejn, anzi hija l-lingwa li nitkellmu biha ta' kuljum. Nemmen lir-rakkont setgħa ingħata direzzjoni oħra, biss jien ma kontx f'moħħ l-awtriċi, lanqas.
Wiehed mill-iktar kotba mexxejja u relatabbli li qatt qrajt bil malti. Qrajtu xi 4 darbiet u kull darba jkun hemm mumenti li jdahhquni. Totally recommend it!
Rari insib kotba li izommuni daqshekk interessata.Hassejtni qed nikber ma Lucy u kont ninsab eccitata biex inlesti kapitlu u nibda' kapitlu ġdid ghax kull kapitlu fih xi haga unika u mhux mistennija!