Jump to ratings and reviews
Rate this book
Rate this book
Każ ġdid għall-Ispettur Gallo

Lejla sajfija l-Belt Valletta, 2003. Ġurnalist magħruf jgħib fix-xejn. Ħadd ma rah iżjed. Ħadd ma jaf għala.

Tnax-il sena wara, omiċidju brutali flimkien ma' sejba makabra jerġgħu jiftħu beraħ il-każ.

L-Ispettur Victor Gallo, Kap tat-Taqsima kontra l-Omiċidji, isib ruħu f'nofs riefnu ta' vjolenza bla preċedenti, iterraq f'labirint ta' provi, xhieda u memorji mċajpra.

Iżda mhux kulħadd għandu interess li Gallo jasal għall-verità. Għax il-verità skomda u bil-wisq aktar tal-biża' minn dak li qatt jimmaġinaw Gallo u sħabu.

328 pages, Paperback

Published January 1, 2016

1 person is currently reading
25 people want to read

About the author

Mark Camilleri

10 books88 followers
Mark Camilleri twieled fit-30 ta' Lulju 1977 u trabba l-Mosta fejn gћadu jgћix sal-lum. Iggradwat fl-Istorja bil-Baċellerat tal-Edukazzjoni (1999) u għandu Diploma fil-Letteratura Maltija (2018) mill-Università ta’ Malta. Għal ħmistax-il sena kien għalliem fi skejjel primarji, u Assistent Kap ta’ Skola bejn l-2014 u l-2021.

F'Settembru tal-2021 huwa nħatar bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, entità pubblika fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni li taqdi l-industrija tal-kotba Maltija.

Kittieb tar-rumanzi tas-sensiela Gallo: Prima Facie (2010), Volens (2013), Nex (2016) u Alias (2021); tal-ktieb għat-tfal Mill-Istorja tal-Futbol Malti (2018) u bloggati fuq: http://spetturgallo.blogspot.com/.

Xogħol ippubblikat:

Gallo - f'45 (2009)

Prima Facie (2010)

Volens (2013)

Nex (2016) - finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Mill-Istorja tal-Futbol Malti (2018) - finalist tal-Premju Terramaxka

Alias (2021)

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
33 (63%)
4 stars
16 (30%)
3 stars
3 (5%)
2 stars
0 (0%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 - 11 of 11 reviews
Profile Image for Jennifer Saliba.
120 reviews27 followers
September 11, 2016
Fil-fehma tieghi l-ahjar wiehed s'issa, l-aktar wiehed li zammni fuq ix-xwiek. Prosit Mark, meta hiereg li jmiss? :P
Profile Image for Robert.
2,312 reviews259 followers
June 15, 2022
There comes a point in a crime series where the creator and the creation start to bond. What I mean by this is that the author knows their main protagonist and is allowed to take certain liberties. For me. Nex is that novel.

Mark Camilleri has been revealing some bits and pieces of Inspector Gallo’s character but in Nex it seems like that we get a fully formed picture: his attitude, past relationships and even his method of dealing with this particular case is approached maturely.

Even the case itself is more ambitious than previous Gallo outings: a murder which spans time, has quite a cast of characters and seems unsolvable due to lack of evidence, even the way the first victim is linked midway through the book is done well.

As always there’s a political aspect to all Gallo adventures, in particular, EU Laws regarding immigration, one of the highlights of the book is an EU meeting where officials discuss complications with migrants regarding Schengen zones and their treatment. Another weighty topic which is discussed elsewhere is domestic violence and corruption, a running theme in Gallo novels.

Out of the three (as of writing there are four Gallo books) I’ve read Nex is definitely the strongest and can be seen as an artistic jump. Plot, character and writing. I stated in my Volens review, I had expectations that the third Gallo outing would be a strong novel and I was correct. Nex is a step upwards and I am looking forward to book four (Alias)
Profile Image for Claire Zerafa.
14 reviews4 followers
July 22, 2017
Dan ir-rumanz jikkumplimenta tajjeb waqfa rilassanti fis-sajf. Il-forte ta' Camilleri huwa l-mod kif jirnexxilu jdaħħal lill-qarrej fil-kobba mħabbla ta' ġrajjiet kriminali bi tfittxija polizjeska sakemm kollox jingħaqad fl-aħħar. Żgur li l-qarrej Malti jieħu gost iġib quddiem għajnejh l-imkejjen imsemmija tul ir-rakkont u filwaqt li jibqa' konxju tal-finzjoni f'dak li qed jaqra ma jistax ma jaħsibx li lil hinn min-normalità mgħejxa ta' kuljum hemm dinja kriminali f'din il-gżira żgħira daqs tikka. Camilleri jirnexxilu joħroġ l-ideat tiegħu permezz ta' sitwazzjonijiet qosra fejn xi karattru jikkummenta dwar xi ħaġa li ma togħġbux fil-poplu Malti. Is-saħħa ta' dan ir-rumanz qiegħda fin-nisġa. Gallo jidher iżjed matur u mitluf fil-ħsieb. Forsi għad naraw aktar approfondiment fil-karattri tar-rumanz li jmiss ta' Camilleri?
Profile Image for Jessica Falzon.
10 reviews1 follower
April 16, 2020
Bir-rumanz NEX, is-Sur Camilleri (kif jgħidu t-taljani) si è superato! Il-kapaċità tal-awtur li joħloq personaġġi u djalogi kkuluriti jagħtu lill-istorja sens ta’ awtenticità. Camilleri ħa il genio della letteratura. L-ikbar dispjaċir kien li ma kellix il-lussu li naqrah fuq Kindle sabiex ikolli l-pjaċir li nkompli naqra dan ir-rumanz polizjesk fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu minjar ma nagħti fastidu lil ħadd! Iżda mill-banda l-oħra, x’hemm t’iktar valur minn ktieb tajjeb li jibqa' għandek? Nistenna Gallo 4 bil-ħerqa!
Profile Image for John.
Author 19 books55 followers
July 30, 2016
'L-Imħabba għandha bżonn il-martri tagħha.'

NEX huwa bla dubju l-aħjar xogħol ta' Camilleri s'issa. Fih l-enerġija ta' Prima Facie u l-brutalitá ta' Volens, f'kitba ferm aktar raffinata u mirquma mill-predeċessuri. Jidher li Mark ikkalma u ħa l-kunfidenza mal-ġeneru u mal-karattri tiegħu.

'L-istanga fuq il-bieb tal-passat kien ilha f'postha' - tema rikorrenti fil-kotba kollha ta' Camilleri hija kif l-imgħoddi jaffettwa l-karattri maħluqin mill-awtur. F'NEX ħassejt li Camilleri niżel aktar fil-fond ta' din it-tema, u esploraha tajjeb immens, kemm fil-karattri li diġá laqqagħna magħhom fl-ewwel żewġ kotba u anki f'dawk ġodda. Is-saħħa ta' NEX ħassejt li qiegħda fin-nisġa taż-żewġ każijiet 'separati' li jispiċċaw fuq l-iskrivanija tal-Ispettur Gallo, li bħal fl-istejjer ta' qabel insibuh jiġġieled ma' ħsibijietu, max-xjaten personali u mal-kobob imħabbla tal-każijiet.

Ħaġa oħra li għoġbitni immens kienet ir-referenzi għal karattri li dehru fil-kotba ta' qabel u fil-blog tant popolari tal-Ispettur, u kif daħlu huma wkoll fil-kredu.

Minkejja l-istorja brutali ta' NEX, ċertu kummenti umoristiċi f'waqthom jgħinu biex inisslu tbissima u jaqtgħu ftit it-tensjoni. Hemm botti fini fini, oħrajn direttissimi, f'taħlita tajba u bilanċjata ħafna.

Issa nistennew li jmiss. Il-kwartafacie.
Profile Image for Maria Bonnici.
4 reviews4 followers
July 27, 2016
Prosit Mark ! Ma stajtx nitilqu min idi u qrajtu f'kemm ilni nghidlek.
Profile Image for Elizabeth Ebejer.
11 reviews6 followers
July 21, 2016
Victor Gallo immattura ħafna minn Prima Facie, għalkemm dak il-mod goff tiegħu jien jaffaxxinani.

F'Nex, donnu qed iffittex li jsib sens f'ħajtu - għalkemm donnu li hemm bidu ta xi ħaġa

L-istorja hi jigsaw puzzle ta persuni li ħajjiethom tinfilsa f’ta xulxin, anki meta tara fil-kuntest li l-kittieb irnexxilu jlaqqa' żminijiet differenti – b’temi ukoll relatati maż-żmien imsemmi; vjolenza domestika, drittijiet ċivili u immigranti, suġġetti li huma ħajjietna ta’ kuljum.

L-għeluq hu mod li, iva ser ikun hemm iktar u Thank God għal dan għax iva bqajt infittex iktar imma ma sibt xejn.

Il-Malti hu mirqum tajjeb ħafna. Dak hu l-ħila ta’ Camilleri, li jikteb Malti li jitkellem kulħadd. Bla tlaqliq ngħid li dan għandu persentaġġ qawwi għas suċċess ta dawn il-kotba li... GALLO HU WIEĦED MINNA
Profile Image for Roberta Curmi.
465 reviews13 followers
June 8, 2019
Kont ili snien twal ma naqra bil.Malti .. Kelli ghazla tajba ta kotba biex nerga nibda bil.Malti.. Serie sbieh hafna u dan kien l ahjar wiehed. A page turner , ghalkemm kollha kienu tajbin...
looking forward ghal li jmis !!
Profile Image for Rowena.
60 reviews3 followers
December 27, 2020
Excellent as always! Couple of surprises along the way, too.
Profile Image for Roberta Bajada.
Author 6 books24 followers
August 23, 2021
Storja intriganti mħawwra b' ammont kbir ta' riċerka, karattri reali u b' saħħithom... Xi trid aktar? Fuq ix-xwiek biex nibda Alias.
Displaying 1 - 11 of 11 reviews

Can't find what you're looking for?

Get help and learn more about the design.