TAĦŻIŻ3 hija pubblikazzjoni b'xogħlijiet ta' awturi emerġenti. Uħud mill-awturi inklużi f'dan il-ktieb segwew il-programm ta' kitba kreattiva TAĦŻIŻ3 u oħrajn attendew għal xi sessjonijiet ta' taħriġ.
L-awturi li wieħed isib poeżija jew storja tagħhom huma: Ryan Farrugia, Joseph Paul Muscat, Francesca Saliba, u Maria Vella, Beverly Agius, Dorianne Bonello, Neil Bongailas, Victoria Callus, Gabriel Schembri, Matthew Schembri, u Clifford Jo Żahra.
TAĦŻIŻ huwa programm ta’ 'empowerment' u formazzjoni ta’ tnax-il xahar li jġib flimkien żgħażagħ bi interess fil-kitba kreattiva fid-diversi forom tagħha, kemm fil-kuntest tal-letteratura kif ukoll f’kuntesti artistiċi interdixxiplinarji.
'Taħżiż' iħares b’mod ħolistiku kemm lejn il-proċess ta’ kitba kif ukoll lejn l-iżvilupp tal-parteċipanti. Għaldaqstant, il-programm iħares ukoll lejn il-proċess ta’ produzzjoni ta’ prodotti kulturali li fil-qofol tagħhom jitolbu element ta’ kitba u l-preżentazzjoni pubblika ta’ dawn il-prodotti.
It-tielet programm sar mill-Aġenzija Żgħażagħ bi sħab mal-Għaqda tal-Malti - Università u l-Fondazzjoni AWL, u jinkludi 'workshops' residenzjali intensivi, eżerċizzji ta’ kollaborazzjoni kreattiva matul is-sena, kif ukoll pubblikazzjoni u preżentazzjoni pubblika tax-xogħol fl-aħħar tal-programm.