Jump to ratings and reviews
Rate this book

Cajt mis-Sagristija u Bawxati Ohra

Rate this book
Ċajt mis-Sagristija u bawxati oħra hu ġabra ta’ praspar, inċidenti u bawxati b’laqta reliġjuża li ġraw fost l-oħrajn lil isqfijiet, monsinjuri, saċerdoti, qassisin, sorijiet u reliġjużi oħra. Il-bawxati seħħew fil-knejjes, waqt il-quddies, fit-tberik, fil-qrar, f’xi sala tat-tieġ jew festin… Insomma f’kull rokna fejn rifsu r-reliġjużi Maltin, inkluż fil-Vatikan u l-missjoni.
L-Arċisqof iħallihielhom lixxa meta jwaqqfuh biex jagħtuh ċitazzjoni? Min kien il-voluntier li kellu jimbotta lill-Arċisqof Charles Scicluna biex ikompli tiela’ telgħa wieqfa fuq il-mutur? Iż-żelqiet fuq l-artal u taħt l-ambone ma jonqsux – l-Isqof Mario Grech dabbarha wkoll. Kif ġara l-inċident?
Kien hemm Isqof li waqagħlu l-qalziet, qassis ieħor li rema l-qalziet mit-tieqa ’l barra. It-tnejn spiċċaw għall-frisk. F’dan il-ktieb issir taf aktar dwarhom, min huma, x’għamlu u x’għamlulhom!
Qatt immaġinajt min jista’ jżomm iċ-ċrieket tal-għarajjes waqt il-quddiesa taż-żwieġ minbarra l-pageboy, il-bestman jew l-għarajjes? Il-qassisin iħabbtu wiċċhom ma’ kull talba u mistoqsija.
Il-Kardinal Prospero Grech jaqsam mal-qarrejja, ċajt li jingħad fil-Vatikan dwar is-sorijiet, il-qaddisin… u tant oħrajn.
F’dan il-ktieb se taqra dak li qatt ma smajt fil-knejjes!

176 pages, Hardcover

Published October 14, 2016

Loading...
Loading...

About the author

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
1 (20%)
4 stars
3 (60%)
3 stars
0 (0%)
2 stars
1 (20%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 of 1 review
Displaying 1 of 1 review