What do you think?

Termini u kundizzjonijiet japplikaw
Rebbieħ tal-Konkors ta' Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ (Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ)
Ruħ Gonsalvo Borg Buttigieg kienet fuq tarġa numru 77,777 tal-Ġenna, tistenna u titbaqbaq ma' dak li kien qed isejjaħ lilu nnifsu "Il-Gwardjan tal-Bibien Imqaddsa".
Imma fuq l-għatba kien se jibqa'.
Iż-żagħżugħ, liebes suit bajda, u li ma kien jixbah xejn lil San Pietru bl-imfietaħ, qallu:
"Ir-raġġiera m'intix se teħodha għalissa, għax sejjer lura fid-dinja mnejn ġejt. Unfinished business, Gonsalvo. Każijiet hekk dejjem jintbagħtu lura …"
Gonsalvo ħa nifs ’il ġewwa u beda nieżel is-77,777 tarġa lura lejn id-dinja tal-ħajjin, did-darba bħala ruħ inviżibbli. U l-missjoni tiegħu kienet ċara: jiskopri min kien qatlu, u għaliex. Mnejn se jibda? Iż-żagħżugħ tas-suit bajda tah punt tat-tluq: isib lil Miki Borg, tifel ta' għaxar snin.
Hu biss seta' jgħinu jakkwista r-raġġiera.

200 pages, Paperback
Published January 1, 2017
Ratings & Reviews
Friends & Following
Create a free account to discover what your friends think of this book!
Community Reviews
Displaying 1 - 7 of 7 reviews
June 5, 2018
*2 stilel u nofs*
Malli qbadt dan il-ktieb b'idejja u qrajt il-blurb fuq wara tal-qoxra, għoġobni ħafna u kont verament eċitata biex naqrah! Fil-fatt, il-ktieb kellu storja sabiħa u oriġinali għall-aħħar, però ma stajtx ninjora l-fatt li ħassejtu kemxejn infantili, għaliex beda jfakkarni fis-serje ta' kotba tat-tfal ta' Trevor Zahra (qed nirreferi għas-serje li tinkludi l-kotba Il-Pulena Tad-Deheb u Meta Jaqa' ċ-Ċpar, fost oħrajn). Nerġa' ngħid li l-istorja għoġbitni, u ma dejqitnix - lanqas xejn!
Ħaġa li ġegħlni nirrealizza dan il-ktieb kienet l-influwenza tal-Ingliż fit-taħdit tagħna ta' kuljum. Għall-bidu, l-idea li jintuża kliem Ingliż meta għandna kliem Malti li hu ekwivalenti għalih (per eżempju, 'party' flok 'festin'), m'għoġbitni xejn. Aktar ma bdejt naqra, irrealizzajt li l-awtriċi, aktar milli kitbet ktieb bil-Malti kif nitgħallmuh l-iskola, kitbet ktieb bil-Malti mitkellem. Għalkemm forsi jiena ma kontx nieħu din id-deċiżjoni (forsi għax ma drajtx nikteb u naqra b'dan il-mod, ma nafx), il-fatt li l-awtriċi għamlet dan żgur u mhux forsi se ġġiegħlni naħseb darbtejn qabel niftaħ ħalqi u ngħid kelma bl-Ingliż!
Biex nagħlaq, kien ktieb sabiħ bi storja mhux tas-soltu, u tmiem xieraq! Naħseb li stajt ħadt gost aktar naqrah, imma għal xi raġuni ma ħassejtnix hekk... Nirrakkomandah lil kull min jixtieq jaqra xi ħaġa ġdida bil-Malti. Għalkemm huwa r-rebbieħ tal-Konkors tal-Kitba - Letteratura għaż-Żgħażagħ, naħseb huwa ktieb li huwa tajjeb ukoll għal dawk it-tfal imfarfrin li mhux soltu nsejħulhom 'żgħażagħ'.

February 19, 2019
Funny fresh and very good for young teens
June 8, 2021
Kien ktieb sabiħ immens. Biex inkun honesta totalment, għal bidu ma bdejtx nifhmu imma umbagħad erġajt bdejtu mill-bidu u fhimtu ħesrem. Ikolli ngħid li kien wieħed mill-kotba favoriti tiegħi.
June 25, 2022
Ktieb li hadt gost naqrah. L-umorizmu tieghu laqatni u l-istorja zammitni interessat biex nara kif sa tizvolgi.
November 18, 2024
Din is-sena żort il-fiera tal-kotba għall-ewwel darba ta' eta adulta - jiġifieri stajt nonfoq kemm nixtieq flus għax, wara kollox, jiena stess naħdem għalihom.
Jien u dieħla, ħlift illi nsib kotba bil-Malti li jinteressawni, u għamilt wegħda miegħi nnifsi li naqrahhom verament. Għal nies normali, din il-wiegħda tinstema bla sens, però għalijja - persuna bookworm assoluta li taqra biss kotba bl-Ingliż, kienet xi ħaga kbira ħafna.
Dan il-ktieb kien wieħed minn dawk il-kotba bil-lingwa Maltijja li nteressani. Xtrajtu, u kumbinazzjoni, qaluli li kien hemm l-awtriċi hemmhekk stess. Mort, ltqajt magħha u ghidtila prosit għax għal xi ħadd bħali, li jaqra biss bl-Ingliz, il-fatt illi dan il-ktieb ġibidli l-attenzjoni, tirrifletti tajjeb ħafna fuq il-ktieb minnu nnifsu.
Kif wasalt id-dar, minkejja li xtrajt ħafna aktar kotba, iddeċidejt li dan il-ktieb ser ikun l-ewwel wieħed illi naqra minnhom kollha. U verament ma' kontx diżappuntata.
Il-ktieb għandu storja sabiħa, il-lingwaġġ li jintuża mill-awtriċi huwa sempliċi u li verament juri s-sbuħija tal-lingwa tagħna b'mod naturali u mhux sfurzat. Barra minn hekk, kien hemm ħafna drabi fejn infqajt nidħak, qisni l-belha, quddiem il-ktieb, għax għandu sens ta' umoriżmu tajjeb ħafna.
Wara dan kollhu nixtieq ngħid grazzi lill awtriċi, s-Sinjura Bajada, għaliex bdietli triq ħelwa sabiex nibda naqra u nesplora aktar kotba bil-Malti. Grazzi u proset!

May 14, 2025
Storja sabiha, facli hafna taqrah bil-mod li hu miktub u zgur li ta interess ghal qarrejja zghazagh kif ukoll izjed adulti.
August 29, 2017
Għalkemm it-tip ta’ storja hija kompletament differenti minn Arloġġ u Tila, TuKJ iġorr it-timbru tal-istil uniku ta’ Roberta Bajada. Barra li hu mexxej tant li kultant iħallik bla nifs, TuKJ jaqsmek bid-daħk tista’ tgħid f’kull paġna. Impressjonanti l-livell ta’ dettall li jagħti laqta realistika immens lil rumanz li hu ovvjament u intrinsikament fittizju.
Displaying 1 - 7 of 7 reviews