Jump to ratings and reviews
Rate this book

Xemgħat

Rate this book
Għażla ta' novelli minn: LUBIEN - PROVENZ - SEPJA - PENUMBRA - VESPRI

Ġirja waħda …

mill-ħelu tas-sugu u l-ġuġù fil-ħanut ta' Nikol ix-Xmaksu, għall-qronfol li jfuħ bla ma jidher …

mit-tkexkix tal-vari mimlijin dmija, għall-qilla ta' Żaren li fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kien jilbes ta' ċenturjun …

mill-fjuri bbalzmati ta' Ċelestina, għar-ritratti sepja fl-album tar-ritratti …

Għexieren ta' karattri minn tlieta u għoxrin novella, miġburin minn medda ta' għoxrin sena, jingħaqdu bejn dawn iż-żewġ qoxriet biex jawguraw lill-awtur f'għeluq is-sebgħin sena tiegħu.

304 pages, Paperback

Published January 1, 2017

Loading...
Loading...

About the author

Trevor Żahra

67 books86 followers
Trevor Żahra, twieled iż-Żejtun fis-16 ta’ Diċembru 1947; bin Walter u Ġuża nee Caruana. Trevor huwa t-tielet minn erba’ aħwa. Huwa studja fl-iskola Sekondarja Teknika ta’ Raħal Ġdid u s-Sitt Klassi fil-Liċeo. Fl-1966 daħal jaħdem għal żmien qasir mal-istazzjoni tat-TV lokali, bħala script writer. Kien ukoll jipproduċi programmi għat-tfal u jagħmel xogħol ta’ Presentation Officer. Fl-1967 daħal il-Kulleġġ ta’ l-Għalliema fejn wara kors ta’ sentejn beda jgħallem il-Malti u l-Arti fl-iskejjel sekondarji. Illum huwa jinsab irtirat wara karriera ta’ 33 sena.

Trevor iżżewweg lil Stella nee Agius fl-1971 u kellhom żewgt itfal: Ruben u Marija. Stella mietet fl-1989 u llum Trevor huwa armel. Ta’ eta’ żgħira beda jinteressa ruħu fil-kitba u l-Arti. Ippubblika l-ewwel poeżiji tiegħu f’The Children’s Own, fil-ġurnal Il-Berqa u f’għadd ta’ rivisti. Bejn is-7 snin u d-19-il sena kien membru tal-Azzjoni Kattolika taż-Żejtun, fejn bħala tifel kien attiv ħafna fil-palk, jirreċta, ipinġi x-xenarju u jikteb il-fares, idoqq fi grupp ta’ mużika pop kif ukoll kien jeditja rivista ċkejkna bejn il-membri. Fost l-ewwel kitba tiegħu li għad fadal minn dan il-perijodu nsibu Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton li bosta minnhom Żahra kitibhom meta kien fir-raba’ sena ta’ l-iskola sekondarja.

Fl-1971 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu, Il-Pulena tad-Deheb. Dan il-ktieb kiseb suċċess immedjat u Żahra minnufih inxteħet fil-qasam tal-kitba għat-tfal b’impenn kbir. Iżda huwa qatt ma waqaf mill-kitba adulta. Fl-1972 ippubblika l-ġabra ta’ poeżiji Eden. Fl-1973 ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu Is-Surmast, rumanz li għoxrin sena wara Żahra adattah għall-palk . Fl-1974, ippubblika r-rumanz Taħt il-Weraq tal-Palm li kien rebaħ l-ewwel premju f’konkors imniedi mill-Klabb Kotba Maltin. Minn dak iż-żmien ’l hawn Żahra baqa’ jippubblika simultanjament kemm kotba għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Żahra ppubblika l-ewwel workbooks f’Malta għat-tfal għat-tagħlim tal-Malti. Il-kotba tiegħu, bejn kotba ċkejknin għat-tfal iż-żgħar, traduzzjonijiet kif ukoll letteratura għall-kbar, llum ilaħħqu ’l fuq minn 130.

Żahra huwa rebbieħ ta’ bosta premjijiet letterarji prestiġjużi; biżżejjed insemmu li għal 13-il darba kellu kotba rebbieħa fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. F’Diċembru 2004, l-Eċċ.T. il-President ta’ Malta iddekorah bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu b’riżq il-letteratura għat-tfal. F’Ottubru 2008, huwa rebaħ it-taqsima “Arti u Divertiment” tal-Johnnie Walker Man of the Year.

Żahra kiteb ukoll diversi xogħlijiet għall-palk, kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Ħafna mnn dawn ix-xogħlijiet, jinsabu f’dan is-sit fit-taqsima Reċti. Id-dramm tiegħu Is-Surmast (ibbażat fuq ir-rumanz fl-istess isem) ittella’ fit-Teatru Manoel fl-1994 u fl-1995, kif ukoll fit-Teatru tal-Univisersità fl-2009. Id-dramm Ħanut tal-Ħelu, ittella’ wkoll fit-Teatru Manoel fl-1995. Id-dramm Minn Wara ż-Żipp ittella’ fit-Teatru Manoel fl-2007 u fit-Teatru tal-Università fl-2008. Għal aktar dettalji ara t-taqsima Kotba.

Żahra attenda wkoll diversi seminars barra minn Malta, fosthom fil-Fillandja, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Greċja. Fil-Ġermanja huwa ta workshops lil grupp ta’ tfal Taljani, Ġermaniżi u Maltin dwar il-kitba kreattiva. Minbarra li huwa impenjat bis-sħiħ bil-kotba tiegħu, Żahra huwa attiv sewwa fil-qasam kulturali, iżur ħafna skejjel fejn ikellem lit-tfal, lill-ġenerituri u l-għalliema dwar l-importanza tal-qari, u jmexxi korsijiet dwar is-sengħa tal-kitba.

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
10 (30%)
4 stars
15 (45%)
3 stars
8 (24%)
2 stars
0 (0%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 - 2 of 2 reviews
Profile Image for Roberta Bajada.
Author 6 books24 followers
July 13, 2018
Ġabra mill-isbaħ. Stejjer li ma tixba qatt taqrahom!
Profile Image for Cherise Aquilina.
120 reviews9 followers
March 3, 2021
Għall-kuntrarju ta' dawn l-analiżi ta' fuq din is-sit, b'dispjaċir ngħid li din il-ġabra ta' dawn in-novelli partikolari ma kinitx waħda mill-favoriti tiegħi. Hemm novelli li għoġbuni però hemm ukoll numru sostanzjali li pjuttost dejquni. Bdejt inħoss li f'ċertu novelli bdew jintużaw ħafna deskrizzjonijiet bla skop, li kienu hemm biss biex jimlew il-paġni (din fl-opinjoni tiegħi tispikka fin-novella 'Xaħxieħ Vjola'). Ir-raġuni għaliex ħafna minn dawn in-novelli ma laqtunix jista' jkun għaliex m'hemm l-ebda storja li titratta dwar it-temi ta' qari li normalment nieħu gost naqrahom jiena, bħal m'huma stejjer misterjużi (ħlief 'Gerita').
Avolja dan il-ktieb ma laqatnix, nirrakomanda dan il-ktejjeb lil min iħobb jaqra stejjer qosra bil-Malti għax fl-oppost tal-opinjoni tiegħi, il-maġġoranza tan-nies qalu li dan il-ktieb kien mimli bi stejjer interessanti u li jġiegħluk tibqa' taqrahom.
This entire review has been hidden because of spoilers.
Displaying 1 - 2 of 2 reviews