Ktieb li għoġobni għal-linearità tiegħu fl-istorja, b'deskrizzjonijiet realistiċi b'Malti mirqum u fl-istess ħin fantastiċi... żewġ kuġini 'tewmin' isiru 'vinkulari' meta jagħlqu 11-il sena u joħduna f'dinja mhux daqstant passata. Għalkemm maħsub bħala ktieb għaż-żgħazagħ/żgħar, dan hu ktieb li anke l-kbar naħseb li jieħdu gost jaqraw. Hu ktieb li lili offrieli l-possibilità tal-fantasija ta' vjaġġ fil-ħin għal tfuliti.