Iż-żiffa ħelwa kienet qiegħda tmelles il-wiċċ ta’ baħar sajfi f’bajja ramlija. Dakinhar tiltaqa’ magħhom it-tnejn – Mikiel u Thomas. Bla ma taf kif, Lorenza ssib ruħha titkaxkar mal-forza tad-destin, fejn il-passat jirkeb il-preżent u l-futur jidher qisu ċpar sfukat fl-abbissi mbiegħda.
L-istorja teħodna fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta u Għawdex – il-bidu u t-tmiem tagħha. Lorenza titlef dak kollu li kienet imdorrija fih. Kollox isirilha rmied.
Memorji
Tifkiriet tal-imgħoddi
Imbagħad bdiet tarahom. Il-friefet. Sbieħ. Ikkuluriti. Iwennsuha.
5+ Stars !!! WOW , What a Book ! Such Tragedies , Lies and Love of 2 men for the same girl . The time, during the WW2 , the Author made sure to make you feel those characters in this book.. Its an unstoppable roller coaster of a Journey for Lorenza ... The special love she has and a beautiful soul. Wished for a Different Ending but this 1 is definitly unique . Such a beautiful and heartwrenching story and definitly well written .
L-ewwwel darba li qrajt mil-pinna ta' Sharon Calleja. Ktieb sabih immens, storja li izommok, b'karattri li thobb u tobghod. Kien hemm mumenti fejn l-istorja hassejtha ftit imgebbda u xtaqtha tispicca b'mod iktar ferriehi. Nahseb li kien hemm partijiet mil-ktieb li forsi kienu ftit zejda u kien jigi ftit iqsar. Ghogobni il-fatt li l-istorja hija ibbazata fiz-zmien il-Gwerra ghalkemm l-istorja hija iktar iffukata fuq l-istorja ta' mhabba milli fuq il-gwerra. Innutajt xi zbalji 'typos' fil-ktieb li ma kienux jaghmlu sens. Pero ma niddejaq xejn nerga naqra ktieb iehor ta' Calleja.
Ilni żmien twil ma naqbad ktieb u naqrah f'jumejn kif għamilt f'dan. Żammni wisq b'kurżita minn kapitlu għall-ieħor. Storja miktuba fi żmien il-gwerra, b'deskrizzjonijiet sbieħ u fid-dettall. Karattri li ssir tħobbhom u oħrajn bdejt insibha diffiċli għandix nafdahom jew le. Emozzjonijiet jinbidlu tul l-istorja kollha. Qtajt kif kienet se tintemm l-istorja...bqajt nittama fi tmiem ieħor. Tmiem li fakkarni fi ġrajja storika partikolari iżda ktieb li nirrakomanda verament!
L-ewwel ktieb li qeghda naqra mill-pinna ta' din il-kittieba brava Sharon Calleja u zgur li mhux se jkun l-ahhar. Kellhom ragun kulhadd jitkellem fuqhom. L-erbgha kotba l-ohra taghha qeghdin jistennew bil-herqa biex jinqraw. Storja sabiha immens li tehodna fi zmien il-gwerra fejn il-faqar, l-imhabba, ir-rispett, l-ingann u l-egoizmu tal-bniedem li ghax jaf li hu ghani, jahseb li ghandu jkun dejjem rebbieh huma l-istorja ta' dan ir-rumanz. Lorenza tfajla Ghawdxija li ghalkemm fqira, kienet sinjura fl-imhabba ghax habbewha zewg irgiel li jkunu hbieb u it-tnejn sinjuri u it-tnejn riduha ghalihom. Biss wiehed habbha tant li ccahhad minnha biex jaraha kuntenta. Ktieb li zammni u ma riedtux jispicca. Spiccajt nibki ghax lil Lorenza kont sirt inhobbha wisq. Kwotazzjoni li laqtitni immens min dan il-ktieb hi: "Ma tista qatt titlef xi haga li qatt ma kienet tieghek"..... U hekk hu!!! Brava immens Sharon kieku nista intik iktar min 5 stillel naghtihomlok.
F'dan il ktieb niltaqgħu ma' Lorenza. Tfajla vera helwa, grazzjuża, edukata u sempliċi. Darba waħda kienet fuq il bajja favorita taha li ta spiss kienet tmur hemm. Hemmhekk kien il post fejn iltaqgħet maghhom. Mikiel u Thomas. Minn hemm tibda il grajja ta kif Lorenza u Mikiel bdew ihossu xi ħaġa għal xulxin. Pero bil gwerra ghaddejja, missier Mikiel ha d deċiżjoni li jitilqu barra minn Malta. F'daqqa waħda jithol Thomas f'hajjita u minn hemm tibda tiżviluppa l għira bejn l aqwa zewgt i ħbieb. Xi darba kienu l aqwa hbieb. Hawnhekk naraw il karattru ta Thomas u kemm ikun kattiv ma sieħbu Mikiel. Pero id deċiżjoni ta Lorenza hija ċara kristall. .....
Bħala kitba, Sharon qatt ma tkun ta dizzapunt. Bħala storja, naħseb kienet ftit imgebda u kultant kien hemm biċċiet mill istorja kienet surrealista pero xorta żammitni kurjuża ta x'ha jiġri.
The story started out well with good storytelling and a good pace. However the more I read the more distant I grew from the characters and the author failed to keep me interested. I feel like the author was inventing new plot twists to make the story longer. Also, adult characters have the personalities of children and are unable to take their own decisions and be strong.