Daqqa ’l fuq u daqqa ’l isfel. Hux hekk imdorrijin ngħidu meta xi ħadd jistaqsina kif aħna?
Biss, nista’ ngħidlek li fil-każ tiegħi, minn meta żżewwiġt, ħajti nbidlet f’maltempata kontinwa. Burraxka li niżżlitni taħt wiċċ l-ilma u li qajla ħallietni nieħu nifs. Bdejt inħabbat wiċċi mal-qilla tal-irwiefen u l-baħar imtela b’kull xorta ta’ ħalel tal-abbuż, li naqdef kemm naqdef, il-kurrent kien dejjem kontra tiegħi. Dejjem jassarni. Dejjem għakkisni. Dejjem sawwatni. Dejjem rebaħli hu.
Kien irnexxieli nikkonvinċi lili nnifsi li xorta waħda kelli għal xiex nibqa’ ngħix. Bilfors, għax l-uniku skop li kien għad fadalli f’ħajti, jiġifieri binti, kien għad kellha bżonni. Ma stajtx nitlaqha għal riħha. Ma stajtx nabbandunaha kif kien għamel żewġi lilna t-tnejn. Għalhekk, kelli bilfors nibqa’ nbati fis-silenzju... sakemm...
Sakemm fl-aħħar, wara dan il-qtigħ il-qalb kollu feġġ merżuq ħanin, raġġ ta’ dawl qawwi, sabiħ u mimli wens. Raġġ jarmi s-saħħa u tama ġdida għal ħajti. Raġġ li salvani mill-jasar li kont maqbuda fih biex għenni nitla’ fil-wiċċ u nerġa’ nibda nieħu n-nifs. Għenni nwarrab is-swied il-qalb u nerġa’ nibda nitpaxxa bil-kuluri u s-seħer u l-passjonijiet imqanqla li taf toffri l-imħabba vera...
Storja sabiha hafna li ggaghlek tahseb fuq kemm hawn nisa li qed ibatu minn abbuzi differenti. Importanti li min jghaddi minn xi tip ta abbuz ifittex l ghajnuna. Huwa importanti wkoll li tal-familja ma jiggudikawx imma jkunu lesti li joffru s sapport taghhom.
Iddidpjacini l-mod kif spicca l-ktieb. Ma kellhiex tehel l-habs wara dak li ghaddiet minnu. Hi kienet biss qed tiddefendi lilha nnifsiha. Kien haqqha li wara dik l-hajja kiefra issib l-kuntentizza flimkien ma' Karl u t-tfal taghhom.
This entire review has been hidden because of spoilers.
Ktieb li min xhin tibdih ma titilqux min idejk. Igiegħlek tirrealizza kemm hawn familji ghaddejin minn problemi. Kont dizapuntata kif spiċċa pero l ħajja hekk hi inġusta.