Jump to ratings and reviews
Rate this book

365

Rate this book
Ġabra ta’ rakkonti, novelli, aneddoti u riflessjonijiet għal kull jum tas-sena

Dan huwa x’aktarx l-aktar proġett ambizzjuż ta’ Żahra: 365 storja … rakkonti, riflessjonijiet, aneddoti, ħrejjef … waħda għal kull jum tas-sena. Iżda jkun xi jkun il-ġeneru, dejjem għandek garanzija li ma’ Trevor Żahra, is-sena tiegħek tkun mimlija ħolm u tifkiriet.

1024 pages, Hardcover

Published January 1, 2018

7 people are currently reading
52 people want to read

About the author

Trevor Żahra

64 books85 followers
Trevor Żahra, twieled iż-Żejtun fis-16 ta’ Diċembru 1947; bin Walter u Ġuża nee Caruana. Trevor huwa t-tielet minn erba’ aħwa. Huwa studja fl-iskola Sekondarja Teknika ta’ Raħal Ġdid u s-Sitt Klassi fil-Liċeo. Fl-1966 daħal jaħdem għal żmien qasir mal-istazzjoni tat-TV lokali, bħala script writer. Kien ukoll jipproduċi programmi għat-tfal u jagħmel xogħol ta’ Presentation Officer. Fl-1967 daħal il-Kulleġġ ta’ l-Għalliema fejn wara kors ta’ sentejn beda jgħallem il-Malti u l-Arti fl-iskejjel sekondarji. Illum huwa jinsab irtirat wara karriera ta’ 33 sena.

Trevor iżżewweg lil Stella nee Agius fl-1971 u kellhom żewgt itfal: Ruben u Marija. Stella mietet fl-1989 u llum Trevor huwa armel. Ta’ eta’ żgħira beda jinteressa ruħu fil-kitba u l-Arti. Ippubblika l-ewwel poeżiji tiegħu f’The Children’s Own, fil-ġurnal Il-Berqa u f’għadd ta’ rivisti. Bejn is-7 snin u d-19-il sena kien membru tal-Azzjoni Kattolika taż-Żejtun, fejn bħala tifel kien attiv ħafna fil-palk, jirreċta, ipinġi x-xenarju u jikteb il-fares, idoqq fi grupp ta’ mużika pop kif ukoll kien jeditja rivista ċkejkna bejn il-membri. Fost l-ewwel kitba tiegħu li għad fadal minn dan il-perijodu nsibu Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton li bosta minnhom Żahra kitibhom meta kien fir-raba’ sena ta’ l-iskola sekondarja.

Fl-1971 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu, Il-Pulena tad-Deheb. Dan il-ktieb kiseb suċċess immedjat u Żahra minnufih inxteħet fil-qasam tal-kitba għat-tfal b’impenn kbir. Iżda huwa qatt ma waqaf mill-kitba adulta. Fl-1972 ippubblika l-ġabra ta’ poeżiji Eden. Fl-1973 ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu Is-Surmast, rumanz li għoxrin sena wara Żahra adattah għall-palk . Fl-1974, ippubblika r-rumanz Taħt il-Weraq tal-Palm li kien rebaħ l-ewwel premju f’konkors imniedi mill-Klabb Kotba Maltin. Minn dak iż-żmien ’l hawn Żahra baqa’ jippubblika simultanjament kemm kotba għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Żahra ppubblika l-ewwel workbooks f’Malta għat-tfal għat-tagħlim tal-Malti. Il-kotba tiegħu, bejn kotba ċkejknin għat-tfal iż-żgħar, traduzzjonijiet kif ukoll letteratura għall-kbar, llum ilaħħqu ’l fuq minn 130.

Żahra huwa rebbieħ ta’ bosta premjijiet letterarji prestiġjużi; biżżejjed insemmu li għal 13-il darba kellu kotba rebbieħa fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. F’Diċembru 2004, l-Eċċ.T. il-President ta’ Malta iddekorah bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu b’riżq il-letteratura għat-tfal. F’Ottubru 2008, huwa rebaħ it-taqsima “Arti u Divertiment” tal-Johnnie Walker Man of the Year.

Żahra kiteb ukoll diversi xogħlijiet għall-palk, kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Ħafna mnn dawn ix-xogħlijiet, jinsabu f’dan is-sit fit-taqsima Reċti. Id-dramm tiegħu Is-Surmast (ibbażat fuq ir-rumanz fl-istess isem) ittella’ fit-Teatru Manoel fl-1994 u fl-1995, kif ukoll fit-Teatru tal-Univisersità fl-2009. Id-dramm Ħanut tal-Ħelu, ittella’ wkoll fit-Teatru Manoel fl-1995. Id-dramm Minn Wara ż-Żipp ittella’ fit-Teatru Manoel fl-2007 u fit-Teatru tal-Università fl-2008. Għal aktar dettalji ara t-taqsima Kotba.

Żahra attenda wkoll diversi seminars barra minn Malta, fosthom fil-Fillandja, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Greċja. Fil-Ġermanja huwa ta workshops lil grupp ta’ tfal Taljani, Ġermaniżi u Maltin dwar il-kitba kreattiva. Minbarra li huwa impenjat bis-sħiħ bil-kotba tiegħu, Żahra huwa attiv sewwa fil-qasam kulturali, iżur ħafna skejjel fejn ikellem lit-tfal, lill-ġenerituri u l-għalliema dwar l-importanza tal-qari, u jmexxi korsijiet dwar is-sengħa tal-kitba.

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
10 (71%)
4 stars
2 (14%)
3 stars
1 (7%)
2 stars
1 (7%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 - 3 of 3 reviews
Profile Image for Alison.
143 reviews30 followers
December 31, 2019
U hekk hu l-ahhar storja ghal ahhar jum tas-sena nqrat ukoll! 365 ta' Trevor Zahra akkumpanjani is-sena kollha hekk kif bdejt naqra l-ewwel storja fl-ewwel ta' Jannar u qrajt l-ahhar wahda daqs nofs siegha ilu. Nammetti kien hemm granet kelli naqra stejjer b'lura - din is-sena kienet is-sena li kelli t-tifla, twieldet f'Lulju li ghadda u waslu granet li ma kelliex cans naqra imma irnexxieli naqra kull storja :) Il' fuq minn elf pagna ta' stejjer, hrejjef u rakkonti li jgieghluk tahseb, tidhak, titnikket u hafna iktar. Ktieb li ghandu jinqara minn kulhadd talanqas darba f'hajtu - xejn xejn bhali tkun qrajt ftit bil-Malti kuljum! Ser nhoss in-nuqqas tieghu zgur :)
Profile Image for Jonathan.
44 reviews10 followers
April 16, 2023
Żahra awtur li nħobb. Inqisu pijunier tal-kitba Maltija u lili sawwarli żogħżiti bil-kitbiet tiegħu u ta' dan kważi nafulu b'mod personali. Pero dan ktieb medjokri u nispera li ma jtemx il-karriera tiegħu bih. Repetittiv, xott u nwaħħal mas-soċjeta Maltija ta' ħamsin sena ilu. Ħelwin il-karattri ftit eċċentriċi, imżewqa mal-ħolm u l-paranormali fost bosta temi oħra. Bħal dejjem b'ħakma tajba tal-ilsien Malti. Xi wħud mill-istejjer fil-verita ma dejqunix. Imma 365 kollha l-istess riċetta? Le. Filfatt, ma spiċċajtux.
Displaying 1 - 3 of 3 reviews

Can't find what you're looking for?

Get help and learn more about the design.