Mill-manuskritt li sab Renzo Manduca, in-neputi ta' Ġenovaffa, jidher ċar li din in-nanna xejn ma kienet mara mansweta u ta' subagħha f'ħalqha ... kif hawn min jimmaġina li kienu n-nisa ta' dak iż-żmien. Il-kitba li ħalliet tixhed karattru mqareb, mimli passjoni u enerġija, għatx għall-ħajja u kreattivita stramba f'dak kollu li kienet twettaq.
Lanqas missierha, in-negozjant magħruf tad-drappijiet, ma kellu l-ħila jrażżanha; lanqas iz-zija Fawstina bil qdusija kollha tagħha, jew iz-zija Ġemma bil-pariri prattiċi li kienet tagħtiha. Zanzu biss kien jaf iħollha i jdewwibha. Imma le ... mhux Zanzu biss!
Il-kitbiet tan-nanna Ġenoveffa huma esklussivament għall-kbar ... xi drabi espliċiti u drabi oħra oskuri ... l-istess bħan-nanna!
Trevor Żahra, twieled iż-Żejtun fis-16 ta’ Diċembru 1947; bin Walter u Ġuża nee Caruana. Trevor huwa t-tielet minn erba’ aħwa. Huwa studja fl-iskola Sekondarja Teknika ta’ Raħal Ġdid u s-Sitt Klassi fil-Liċeo. Fl-1966 daħal jaħdem għal żmien qasir mal-istazzjoni tat-TV lokali, bħala script writer. Kien ukoll jipproduċi programmi għat-tfal u jagħmel xogħol ta’ Presentation Officer. Fl-1967 daħal il-Kulleġġ ta’ l-Għalliema fejn wara kors ta’ sentejn beda jgħallem il-Malti u l-Arti fl-iskejjel sekondarji. Illum huwa jinsab irtirat wara karriera ta’ 33 sena.
Trevor iżżewweg lil Stella nee Agius fl-1971 u kellhom żewgt itfal: Ruben u Marija. Stella mietet fl-1989 u llum Trevor huwa armel. Ta’ eta’ żgħira beda jinteressa ruħu fil-kitba u l-Arti. Ippubblika l-ewwel poeżiji tiegħu f’The Children’s Own, fil-ġurnal Il-Berqa u f’għadd ta’ rivisti. Bejn is-7 snin u d-19-il sena kien membru tal-Azzjoni Kattolika taż-Żejtun, fejn bħala tifel kien attiv ħafna fil-palk, jirreċta, ipinġi x-xenarju u jikteb il-fares, idoqq fi grupp ta’ mużika pop kif ukoll kien jeditja rivista ċkejkna bejn il-membri. Fost l-ewwel kitba tiegħu li għad fadal minn dan il-perijodu nsibu Il-Praspar ta’ Kunċett u Marinton li bosta minnhom Żahra kitibhom meta kien fir-raba’ sena ta’ l-iskola sekondarja.
Fl-1971 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu, Il-Pulena tad-Deheb. Dan il-ktieb kiseb suċċess immedjat u Żahra minnufih inxteħet fil-qasam tal-kitba għat-tfal b’impenn kbir. Iżda huwa qatt ma waqaf mill-kitba adulta. Fl-1972 ippubblika l-ġabra ta’ poeżiji Eden. Fl-1973 ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu Is-Surmast, rumanz li għoxrin sena wara Żahra adattah għall-palk . Fl-1974, ippubblika r-rumanz Taħt il-Weraq tal-Palm li kien rebaħ l-ewwel premju f’konkors imniedi mill-Klabb Kotba Maltin. Minn dak iż-żmien ’l hawn Żahra baqa’ jippubblika simultanjament kemm kotba għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Żahra ppubblika l-ewwel workbooks f’Malta għat-tfal għat-tagħlim tal-Malti. Il-kotba tiegħu, bejn kotba ċkejknin għat-tfal iż-żgħar, traduzzjonijiet kif ukoll letteratura għall-kbar, llum ilaħħqu ’l fuq minn 130.
Żahra huwa rebbieħ ta’ bosta premjijiet letterarji prestiġjużi; biżżejjed insemmu li għal 13-il darba kellu kotba rebbieħa fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. F’Diċembru 2004, l-Eċċ.T. il-President ta’ Malta iddekorah bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika bħala rikonoxximent għall-ħidma tiegħu b’riżq il-letteratura għat-tfal. F’Ottubru 2008, huwa rebaħ it-taqsima “Arti u Divertiment” tal-Johnnie Walker Man of the Year.
Żahra kiteb ukoll diversi xogħlijiet għall-palk, kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Ħafna mnn dawn ix-xogħlijiet, jinsabu f’dan is-sit fit-taqsima Reċti. Id-dramm tiegħu Is-Surmast (ibbażat fuq ir-rumanz fl-istess isem) ittella’ fit-Teatru Manoel fl-1994 u fl-1995, kif ukoll fit-Teatru tal-Univisersità fl-2009. Id-dramm Ħanut tal-Ħelu, ittella’ wkoll fit-Teatru Manoel fl-1995. Id-dramm Minn Wara ż-Żipp ittella’ fit-Teatru Manoel fl-2007 u fit-Teatru tal-Università fl-2008. Għal aktar dettalji ara t-taqsima Kotba.
Żahra attenda wkoll diversi seminars barra minn Malta, fosthom fil-Fillandja, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Greċja. Fil-Ġermanja huwa ta workshops lil grupp ta’ tfal Taljani, Ġermaniżi u Maltin dwar il-kitba kreattiva. Minbarra li huwa impenjat bis-sħiħ bil-kotba tiegħu, Żahra huwa attiv sewwa fil-qasam kulturali, iżur ħafna skejjel fejn ikellem lit-tfal, lill-ġenerituri u l-għalliema dwar l-importanza tal-qari, u jmexxi korsijiet dwar is-sengħa tal-kitba.
Tezor iehor m'ghand Trevor Zahra. Ktieb mexxej u qasir li qrajtu f'qasir zmien. Avventuri helwin u ohrajn daqsxejn morri li turi hajja ta' mara Maltija dhulija, ferrihija u kemmxejn imqarba. Min jitkaza u jiehu skandlu, sibu ktieb iehor :) imma kif jghidu bl-Ingliz - 'your loss'
Ktieb hlejju li filli jhallilek tbissima u filli jgegglek dahka. In-narratrici simpatika tirbahlek qalbek u huwa wiehed minn dawk il-kotba li tibqa tiftakar.
Read this just in time to make good on my 2020 resolution to read Maltese books. It had dawned on me that I forgot how to spell Maltese correctly (hence why this review is English) and wanted to stop the rot.
This is the first Maltese book I've ever read for pleasure and it's ok I guess, if a bit underwhelming given it came highly recommended. Flows easily and I could easily picture my grandma as Genoveffa but I don't understand the fuss about it. I certainly didn't find it as funny as others did but maybe it's me and my vulgar mind that is the problem, not the book...
Hopefully other Maltese books are better. Recommendations are welcome.
Kitba mexxejja hafna u divertenti ghall-ahhar!...kif ukoll xi ftit osservazzonjiet u forsi anke kritika indiretta tas-socjeta' Maltija ta' snin ilu...izda li fl-ahhar minn l-ahhar...fi kwalunkwe era jkun...il-bniedem huwa l-ewwel u qabel kollox bniedem! Izda fuq kollox...dhakt...u dhakt bil-qalb!
L-imqarba Genoveffa! Ktieb helu, jgeghlek tidhaq, tistghageb u tiskrupla jekk tkun skrupluza... Bi tmiem daqsxejn ta' dwejjaq ukoll! Bhal dejjem, Trevor Zahra jimpressjona bil-pinna tieghu!
Huwa ktieb mexxej ħafna u għandu ħafna minn dawk il-mument li jgħaluk tidħaq tgħajjat. Il-metafori dwar is-sess u partijiet ġentali huwa sbieħ u kreattivi. Madanakollu ma nistax nifhem l-'fuss' li għamlu n-nies. Ħsibtu ha jkun hemm aktar vulgarita', forsi jien persuna vulgari jew jien lest li naqra dwar l-partijiet tal-ġisem. It-tmiem huwa tmiem perfett, li bikini u ħassibni ħafna!
It is an amazing Maltese Book, showcasing the life of Genoveffa and teaching us how life was before. At first, I didn't know what the book would be about, meaning I didn't look it up before purchasing it, just by reading its title it attracted me, and I decided to give it a go. Some scenes were pretty intimate and sometimes made one feel a bit uncomfortable, but I'd still recommend this book to anyone. Some scenes were pretty funny, the way she acted before her wedding day, not knowing the life of a married woman, and the part where her son walked in on them and explained the massages she was giving to his father at Christmas Dinner with all the family. It also showed us how life was when Malta was involved in the war, how people had to get to the shelters, and how they had to stay in the shelters those days, the darkness, the fear, etc. Reading this book also reminded me how to properly write in Maltese, as these days the language changed for us when writing on phones.
When Renzo discovers a manuscript written by his grandmother that his father wants him to burn, he is intrigued and naturally determined to read it. He discovers that his Nan was no meek and mild woman!
The story follows the life of Genoveffa (Veffa) from her childhood through to her becoming a grandmother and is full of spicy details of her passionate and lively nature. Veffa says what she wants, does what she wants and has a penchant for vegetables 😉
This was a fun, lively and quite amusing story that had me laughing frequently at its cheekiness. Veffa is a fabulous character that leapt off the pages for me. I loved all the references to the older Maltese superstitions (this book begins around the 1930s I think) and the societal “rules” which Veffa didn’t really care if she complied with or not 😆
I had heard about this book a while back however never got round to reading it. Reading in Maltese is usually tougher for me BUT I could not put this book down. Trevor Zahra and his style are captivating and you simply want to read more and more.
The story is both funny, shocking as well as sad, 'Tghid se taghmel illum in-nanna Genoveffa?', that was my thought each time I picked that book up to read it! Brilliant!
This is a short racy tale of one woman's sexual misadventures. It is apparently something of a hit in Malta. I didn't love it. The framing was unnecessary. There were certainly funny bits, but overall I didn't love that this really intimate woman's perspective was written by a man.
Altfor lettvint og overfladisk, lite dybde i fortelling og språk. Ble liksom litt «teit», i mangel av et bedre ord. Tok meg i å lure på om det er noe med maltesisk som språk, eller om det er oversettelsen?
This was delightful. Just imagine finding your grandmother's diary and reading not only about her life as a teen, but how much she and your grandfather got it on 😆 Nanna Veffa is a firecracker and love her.
I forgot what it's like reading my own language...Maltese . My mum gave me this beautiful novel which I really loved. It's very explicit full of passion energy and great Maltese sayings that made me also laugh . Trevor Zahra a great writer.
What a fun and funny book! I laughed so many times while reading it. I usually read historical fiction, but this was a delightful change of pace and a lovely addition to my quest to read one book from every country. Highly recommended! 😊
Ktieb eccellenti kemm fil-mod kif jizvolgu l-istejjer qosra tieghu kif ukoll il-mod kif jintuza l-Malti permezz ta' kliem u espressjonijiet li jgeghluk titbissem, fost emozzjonijiet ohrajn...
Ma stajtx naqrah jien biss. Qrajt minnu lill-ġirien xjuħ tiegħi fuq bank qrib il-knisja ta' belti f'lejla sajfija tal-2019. Għoddhom pixxew taħthom. U le, ma tkażawx.
There is nothing childish about this book. A tongue in cheek recount of the audacious adventures of the lovely Genoveffa Camilleri nee' Manduca. Very entertaining.
Dan wieħed mill-aħjar ktieb li għandu Trevor Żahra. Ktieb li jżommok hemm u meta taqbdu ma tkunx trid tieqaf taqra. In-nanna Ġenoveffa hija mara ħelwa, fuq tagħha u mqarba. Ir-rakkont mexxej ħafna.