Min kien l-ewwel Malti? U l-frodist Pupull? X'kien id-dnub mohbi li wassal lil Caxaro jikteb il-kantilena? Jista' jkun li l-Assedju ntrebah bi zball? X'kumplott dahal fih Dun Mikiel Xerri bla ma jaf? X'haseb il-Leader wara li rebah l-elezzjoni tal-1987? U l-poplu Malti, x'gara minnu meta l-elezzjoni rebahha l-partit Malta tal-Maltin?
F'din il-gabra ta' ghoxrin storja li jitrattaw perjodi storici differenti, Aleks Farrugia jittanta jistudja lill-Maltin fil-kuntest ta' grajjiethom, veri u misthajla. Umoristici, tragici, ironici, polemikuzi, uhud minnhom kontroversjali, dawn l-istejjer huma parti mit-tragitt tal-awtur biex jifhem min hu l-poplu Malti lilhinn mir-retorika tan-nazzjonalizmu rhis populista.
Tajjeb ħafna. Ġabra ta' stejjer li tqajmek minn raqda t'apatija.. Daqqa ħasda 'l hemm u tbissima 'l hawn imma l-messaġġ jasal ĊAR u TOND bla tidwir mal-lewża imma bla tqanżiħ u bla riċiklaġġ ta' diskors. Jekk hemm sens ta' protesta jew sens ta' suluzzu f'xi parti mill-istejjer li dejjem drajna nisimgħu, iwassal il messaġġ bla ħafna bżonn ta' furur u storbju żejjed and iwasslu b'mod leġġer u li jħallik tgħomod u thewden waħdek.