Jump to ratings and reviews
Rate this book

Rubini

Rate this book
Lejla xitwija. Sajjetti jleħħu f’sema skur. Xita. Samantha tħares ’il barra mit-tieqa ta’ kamritha, ittappan il-ħġieġa b’nifisha, forsi tilmaħha. Lil oħtha Jasmine. Għalfejn kienu telquha kollha kemm huma?

L-arloġġ jeħodha lura. Passat. Festin. Għeluq sninha.Ġiżirana sabiħa tar-rubini. Robbie, l-imħabba ta’ ħajjitha. Xandru, assassin.

Sparatura. Waħda. Tnejn. Il-ġenituri ta’ Samantha u Jasmine f’qiegħ ta’ tebut. Jurgen ix-Xafra, l-aktar raġel kriminal li hawn f’Malta. Samantha u Jasmine jispiċċaw vittmi ta’ komplott minħabba d-dejn li kien ħalla missierhom.

Qabel issib serħan, Samantha trid tiskopri s-sigrieti kollha li kienu qegħdin jippersegwitawlha ħajjitha.

Rubini… fejn it-tama ma tispiċċa qatt… fejn is-sigrieti jinsabu moħbija fid-dellijiet li kienu qegħdin jimirħu f’Villa Demanuele… fejn ladarba tmur, diffiċli terġa’ tiġi lura.

608 pages, Paperback

First published March 1, 2020

14 people want to read

About the author

Sharon Calleja

10 books27 followers

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
6 (66%)
4 stars
1 (11%)
3 stars
1 (11%)
2 stars
1 (11%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 - 2 of 2 reviews
Profile Image for Roberta Curmi.
467 reviews13 followers
August 13, 2020
5* !!
Sharon Calleja never disappoints ❤️ Her books are phenomenal 🥰🥰
The emotions, are always there while you read her books ... It will make you feel as if you are in the story with the heroine ...

As all her previous books this is another 5+ Stars .
Profile Image for Cherise Aquilina.
116 reviews9 followers
January 1, 2022
"Memorji.
Memorji biss kien għad fadal.
Kemm hi stramba l-ħajja!
Kultant nimmaġinaw li nkunu ser ngħixu għall-eternità. Meta fil-fatt kull wieħed u waħda minna diġà għandu s-sentenza tiegħu miktuba."

4/5 stilel

Ktieb eċċellenti bi storja tassew interessanti! Niftakarni nara wkoll id-dramm Rubini xi snin ilu ma' familti u mill-ewwel kien laqatni. Fl-istess ħin, ħadt gost ħafna iktar naqra dal-ktieb.

Il-karattru ta' Angel jibqa' żgur wieħed li qatt mhu se ninsa; l-aspett psikoloġiku mhuwiex normalment muri fil-letteratura Maltija, u l-kitba ta' Calleja f'dan ir-rigward kienet tassew intriganti.

Apparti minn hekk, dan il-ktieb jgħaddik minn diveri emozzjonijiet, li attwalment, ikomplu jżidu mal-impatt letterarju.

"Imma l-ħajja m'għandniex kontroll fuqha.
U kienet kaxkritu magħha f'postijiet fejn qatt ma kien ħolom li kien ser imur."

Kif indikat minn dawn il-kwotazzjonijiet li għażilt, għoġbuni wkoll id-dikjarazzjonijiet eżistenzjali li tagħmel Calleja.

Finalment, nista' nikkonkludi li Rubini huwa wieħed mill-iktar kotba li ħadt gost naqra bil-Malti. Għaldaqstant, inħeġġeġ lil kulħadd biex jaqra dan il-ktieb :)
Displaying 1 - 2 of 2 reviews

Can't find what you're looking for?

Get help and learn more about the design.