Jump to ratings and reviews
Rate this book
Rate this book
Każ ieħor għall-Ispettur Gallo

Delitt makabru ta’ missier ta’ familja.
Suwiċidju għal għarrieda ta’ tfajla.
Għajbien misterjuż ta’ pulizjott.
Tliet każijiet strambi. L-ebda rabta bejniethom.
Sigrieti. Intriċċi. Misteri.

Għall-Ispettur Victor Gallo, maħkum mill-konsegwenzi tal-investigazzjonijiet tal-imgħoddi, l-istħarriġ għall-verità jaf jikxef ħafna tweġibiet skomdi.

“Dan huwa rakkont imwieled fil-mibegħda, magħġun mid-dmija u mgħarraq ġol-vjolenza …”

Din id-darba, il-periklu għal Gallo u sħabu jaf jinsab wara l-bieb.

336 pages, Paperback

Published January 1, 2021

19 people want to read

About the author

Mark Camilleri

10 books88 followers
Mark Camilleri twieled fit-30 ta' Lulju 1977 u trabba l-Mosta fejn gћadu jgћix sal-lum. Iggradwat fl-Istorja bil-Baċellerat tal-Edukazzjoni (1999) u għandu Diploma fil-Letteratura Maltija (2018) mill-Università ta’ Malta. Għal ħmistax-il sena kien għalliem fi skejjel primarji, u Assistent Kap ta’ Skola bejn l-2014 u l-2021.

F'Settembru tal-2021 huwa nħatar bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, entità pubblika fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni li taqdi l-industrija tal-kotba Maltija.

Kittieb tar-rumanzi tas-sensiela Gallo: Prima Facie (2010), Volens (2013), Nex (2016) u Alias (2021); tal-ktieb għat-tfal Mill-Istorja tal-Futbol Malti (2018) u bloggati fuq: http://spetturgallo.blogspot.com/.

Xogħol ippubblikat:

Gallo - f'45 (2009)

Prima Facie (2010)

Volens (2013)

Nex (2016) - finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Mill-Istorja tal-Futbol Malti (2018) - finalist tal-Premju Terramaxka

Alias (2021)

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
33 (89%)
4 stars
4 (10%)
3 stars
0 (0%)
2 stars
0 (0%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 - 14 of 14 reviews
Profile Image for Robert.
2,299 reviews255 followers
June 23, 2022
One of the best things about the Gallo series is that they improve upon each other. Alias is his fourth outing and it is the best one in the series, so far (at the time of writing there is news of a fifth book).

This time the murder involves a number of seemingly unconnected murders. They all vary in date and background, the most important one being of his close friend Claudio, and yet Gallo manages to find a tenuous link and solve the crime. Unlike the other volumes this one takes more time to solve but it’s done well, with some very good twists thrown in.

As I have mentioned, with these mysteries, I always look for the subtexts. This time there is a focus on religious cults., how people can be brainwashed or how people need someone to look up to. This is quite an interesting phenomenon as in Malta we do have a couple of these and they do exert some power on their followers.

One of the more famous Spider-Man stories is Spidey No More, this is when Peter parker starts to debate whether he should continue fighting crime and reflects upon his role as a superhero. To a certain extent this is echoed in Gallo. Due the complexity of the case Gallo starts to wonder if it’s really worth being a detective (saying that his womanising ways do not help his psychological well being either) – I like Gallo’s more introspective side and it crops up a lot here.

With each Gallo book, it seems that Mark Camilleri is more confident, not only with themes but with writing style. In Alias, the use of language is more elaborate and descriptive. There were passages which were verging on the poetic at times, which balance out Gallo’s rougher moments.

As this is the last one so far, I admit I enjoyed my month reading the Gallo series and seeing the character evolve. I know he’ll be back but at this moment I can say that this is a goodbye of sorts, albeit a tiny one.
Profile Image for John.
Author 19 books56 followers
June 5, 2021
Eżekuzzjoni perfetta minn Mark Camilleri. F'Nex diġá kien hemm qabża fil-kitba mill-kotba ta' qablu, u f'dan ir-raba' ktieb il-pinna tal-awtur kompliet timmatura aktar. Plot minsuġ tajjeb (bħas-soltu), b'attenzjoni għad-dettal, użu tajjeb ta' mekkaniżmi letterarji tal-ġeneru tal-polizjesk, inkluż ċerti cliches f'waqthom u (bħas-soltu wkoll) mimli referenzi għal klassiċi oħra tal-ġeneru, kif ukoll il-botti kulturali, politiċi u soċjali li ma jonqsux. Ħaġa li laqtitni ħafna kienet it-tema li Gallo jmur lura għal sitwazzjoni traġika li diġá għadda minnha, kif wara kollox l-awtur jistabilixxi permezz tal-kwotazzjoni mid-diska Full Circle (We've come full circle, like a serpent coiling no end) fil-bidu ta' żewġ kapitli partikulari ħafna - u din it-tema mhix espressa biss għal dak li jiġri f'din il-ġrajja iżda saħansitra teħodna lura għal-ewwel ktieb fis-serje, Prima Facie, fejn dak li jġarrab Gallo isir parti integrali minn kif jaħseb u kif jaġixxi minn dak il-punt 'il quddiem. 
Profile Image for Melanie Erixon.
19 reviews1 follower
October 5, 2021
Another intriguing book from the Inspector Victor Gallo series.

A cobweb of cold cases … gory murders… one of the rudest police inspectors ever… sex and rock & roll… perfect cocktail.
And to conclude, that expected unexpected twist by Camilleri…
Profile Image for Sylvana Zarb.
103 reviews18 followers
July 18, 2021
Ir-raba' ktieb f'din is-sensiela. Mill-ewwel wieħed sal-aħħar qatt ma kont iddiżappunta, niddiżappunta ruħi biss meta nispaċċa l-ktieb għax inkun irrid inkompli naqra! 😄 Każ ieħor għall-Ispettur Gallo, għal darb'oħra bis-sorpriżi tiegħu u b'narrativa eċċellenti, bla ebda kliem fil-vojt u kollox miktub b'diskors xieraq għal kull sitwazzjoni. Nixtieq naqra iktar mill-pinna ta' Mark Camilleri. Nittama li ma ndumux ma nerġgħu nisimgħu b'xogħol ġdid minn tiegħu! Ta' min jaqra din is-sensiela!
Profile Image for Helga.
38 reviews
June 13, 2021
F' Alias wiehed jista jara kemm il-pinna u l-hsieb ta' Camilleri evolva. Ktieb li jsammrek sa mill-ewwel kapitlu sat-tmiem. Ktieb mimli dettalji li jidher fic-car kemm l-awtur jaghmel ir-ricerka tieghu waqt li qed ihazzez t-temi, il-kazijiet u l-ghabilita biex fl-ahhar jaqqghad kollox b'ending li jhallik bla kliem. Ktieb li mhux ta' min ma taqrax!
Profile Image for Jessica Falzon.
10 reviews1 follower
June 28, 2021
Excellent read! The cases are becoming more complex and Camilleri's writing more intriguing. The story leaves you on tenderhooks while it gives you a false sense of knowing. The author's choice of using real typical maltese places and the extremly well-written dialogues enables you to feel part of Gallo's world.
Profile Image for Darcell.
17 reviews16 followers
July 14, 2021
The only reason it took me so long to finish this book is time time TIME, because I knew that it would keep me from other priorities!! Was so intrigued as from the beginning. Seeing some character development in Gallo was great. The story was an amazing spiral with a surprising twist at the end. Also, on another note, very glad that the publishers have softened the binding. It was so much easier to read without breaking the spine!
1 review
June 10, 2021
Alias hija r-raba’ dehra tal-Ispettur Victor Gallo fejn fiha jidħol biex isolvi każijiet ġodda ta’ delitti li jitwettqu f’Malta. Gallo, kif dejjem jiġrilu, jispiċċa jipprova jsib ekwlibriju bejn l-ħeġġa kważi ossessiva tiegħu li jsib tarf kobbla li huwa jħoss li hija iktar mħabbla milli tidher għal ħafna ta’ madwaru u l-ħajja mqallba personali tiegħu. Gallo huwa detektiv li jiddomina kull paġna tal-istorja mexxejja li jinseġ Camilleri, fi stil li nxebbħu ma’ dak ta Ian Rankin b’Rebus imma fl-istess ħin hemm il-laqta lokali, b’riferenzi politiċi (storiċi u kurrenti) u inħawi u postijiet tipiċi Maltin fl-istil tal-Kummissarju Montalbano. Jiena nara xebħ ukoll mal-karattru splussiv u anke mhux konvenzjonali tad-detektiv Spanjol Max Camara. Alias hija storja li żżommok u tikxfilna ftit ftit l-operat u l-moħħ ta’ qattiel makakk li huwa protagonista sottili tal-istorja u fl-istess ħin huwa avversarju serju għall-ispettur Victor Gallo, f’din l-istorja kontemporanja Maltija li ħadt gost tant naqra.
Profile Image for Steve Cachia.
4 reviews1 follower
July 7, 2021
ALIAS ktieb iehor mill-aqwa ta' Mark Camilleri...kaz iehor ghall-Ispettur Gallo...dan huwa fil-fehma tieghi l-aqwa fis-sensiela meta l-ohrajn ga huma eccellenti.Zammni sal-ahhar naqra u ma stajtx nitilqu minn idejja.Ili ftit li xtrajtu pero dil-gimgha kelli cans naqrah u ghogobni tassew.Nirrakkomandah hafna. Ktieb li jidher car li fih hafna xoghol.Mark Camilleri huwa kittieb b'lehen u stil uniku fil-letteratura Maltija, tinduna mal-ewwel li huma tieghu minhabba t-talent kreattiv tieghu f'generu (ir-rumanz pulizjesk) li ma tantx issib ezempji tieghu bil-Malti.
Profile Image for Daniela Mifsud Cassar.
46 reviews2 followers
June 27, 2021
Mill-ewwel ktieb li kiteb Mark, sibt ruħi imwaħħla mal-paġni.

U dan l-aħħar ktieb fis sensiela mhux b'inqas!

Ktieb li żgur kien riċerkat sa l-inqas dettall.

U mimli sorpriżi!!

Il-finali ta dan il-ktieb iħallik bla kliem!

Aqrawh!!!

Proset Mark!!!
Profile Image for Monalisa Vella.
9 reviews2 followers
June 13, 2021
Kaz gdid ghall-Ispettur Gallo.

Rumanz polizjesk li zammni fuq ix-xwiek sa l-ahhar. Camilleri jirnexxielu jdahhal lill-qarrej f'kobba mhabbla ta' grajjiet kriminali bi tfixxija polizjeska sakemm lejn l-ahhar pagni kollox jinghaqad.

Alias huwa l-ahjar xoghol ta Mark Camilleri s'issa u fl-opinijoni tieghi huwa l-ktieb li wiehed ghandu jaqra das-sajf.

Rumanz fejn l-awtur hallini bla kliem. Gallo bla dubju jibqa karattru uniku fil-generu polizjesk.

Nistenna bil-herqa Gallo 5.
Profile Image for Adrian.
95 reviews2 followers
July 6, 2021
Camilleri's finest! A very well-written book, flawless. A must read.
Profile Image for Jennifer Saliba.
120 reviews26 followers
April 2, 2023
Ktieb tajjeb hafna miktub b'Malti eccellenti li kull ma jmur dejjem jirfina. Prosit Mark.
Displaying 1 - 14 of 14 reviews

Can't find what you're looking for?

Get help and learn more about the design.