Jump to ratings and reviews
Rate this book

Stilel fl-istalel

Rate this book
X’naqbad ngħidlek fuq dal-ktieb?

Jinten. Riħa ta’ żwiemel, ta’ ħrieqi, ta’ demel u ta’ ilma maħmuġ.

Imma jfuħ ukoll. Riħa tal-kampanja: fjuri, siġar, arja friska. Dħaħen xejn. Għax issa qegħdin l-Imġarr.

Tad-daħq. Għax dawn tal-familja Bonnici fihom tip. (U l-kittieba wkoll, trid iddaħħaq!)

Tal-biki. Għax dik ix-xena xokkanti li sabu ma’ wiċċhom Thomas u Chloe ma tistax tiddeskriviha mod ieħor.

Tal-biża’. Għax ma tistax ma tibżax, quddiem raġel ixejjer is-senter lejk … lest biex jispara!

Din hi l-istorja ta’ familja li minn belt tbaqbaq bin-nies tmur tgħix f’razzett taż-żwiemel fil-baħħ tal-kampanja. Però meta jaħrab żiemel, u l-aħwa Bonnici jsibu ruħhom f’razzett ta’ ħaddieħor, dak li jaraw ikexkixhom, u jindunaw li l-ħajja qalb l-għelieqi mhix trankwilla daqskemm immaġinaw …

224 pages, Paperback

Published January 1, 2021

Loading...
Loading...

About the author

Antoinette Borg

14 books64 followers
Antoinette Borg (imwielda fl-1973) iggradwat bħala accountant u għal għoxrin sena kienet taħdem bħala business advisor waqt li toħlom li xi darba ssir kittieba. Fl-2015 ħalliet ix-xogħol biex tipprova twettaq il-ħolma tagħha, u fl-2016 ippubblikat l-ewwel rumanz tagħha, Fittixni , li eventwalment rebaħ il-Premju Terramaxka fil-kategorija Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għall-Adolexxenti. Fl-2018 ippubblikat it-tieni rumanz tagħha, (Ri)ġenerazzjoni, li bħala manuskritt kien rebbieħ tal-Konkors ta' Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016. Iktar tard fl-2018 Antoinette ngħatat il-premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u ppubblikat it-tielet rumanz tagħha, Amina. Antoinette toqgħod il-Mellieħa ma’ żewġha Brian u ż-żewġt uliedhom.

Antoinette Borg (born in 1973) is an accountant by profession, and for twenty years she worked as a business advisor while dreaming of one day becoming a writer. In 2015 she left her career to chase her dream, and in 2016 she published her debut novel in the Maltese language, Fittixni , which went on to be awarded the Terramaxka Prize for Original Works: Books for Adolescents. In 2018 she published her second YA novel, (Ri)ġenerazzjoni, which as a manuscript had been a prizewinner in the Literary Contest of Novels for Youth. Later in 2018 Antoinette was awarded the Best Emergent Author prize by the National Book Council of Malta. She has just published her third novel, Amina. Antoinette lives in Mellieħa, Malta, with her husband Brian and their two children.

Follow me on Instagram

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
7 (58%)
4 stars
2 (16%)
3 stars
2 (16%)
2 stars
1 (8%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 of 1 review
Profile Image for Andrew Sammut.
626 reviews23 followers
November 13, 2021
Ktieb b'messaġġ pożittiv immens fejn naraw kemm hi kerha l-moħqrija tal-annimali inġenerali u kemm hu ikrah il-ħsieb li tinfired minn mal-familja tiegħek u x'konsegwenzi tispiċċa tiffaċċja. Il-karrattri, speċjalment Chloe, m'għoġbunix wisq minħabba kemm joħolqu kunflitt fi żmien qasir haha Fakkritni ftit f'Meg minn Family Guy għax ħadd ma jittolleraha wisq. Storja miktuba b'mod li żżommok f'suspans dwar x'ser jiġri fil-kapitlu li jmiss iżda mhux neċessarjament sal-aħħar tagħha u ħadt pjaċir bl-involviment tal-awtriċi fiha. Minkejja li storja bi ftit azzjoni xorta interessanti kif familja waħda tgħaddi minn bosta bidliet u żviluppi għall-aħjar fi ftit ġimgħat biss.

It-tmiem 'negattiv' jitlob biss għal sequel. Jien inkun minn tal-ewwel li naqrah kieku :) Ma nistax nikteb review u ma nsemmix il-ġmiel tal-illustrazzjonijiet. Stil meraviljuż li diffiċli tinsa minħabba kemm jidher modern u donnu meħud minn xi graphic novel.
Displaying 1 of 1 review