Kitba intima, intensa, qawwija u bla kantunieri. Poeżiji u lil hinn, akkumpanjati b’illustrazzjonijiet ta’ Danielle Sant
“Dan il-ktieb ma ktibtux b’vendikazzjoni ma’ ħadd, u għalkemm ir-rabja kienet kbira u għadha f’ċerti mumenti, l-iskop ewlieni tiegħu huwa biex tibda konverżazzjoni serja dwar suġġetti tabù u li din twassal għal bidla soċjali radikali f’Malta u f’Għawdex.
Kollox huwa konness.”
Togħġbok il-ġilda tiegħi? Ratba biżżejjed? Ħaħaħaħa … qed nitgħarrax, attent minn fejn taqbadni! Tħallinix waħdi hawnhekk għax ksaħt. Ħudni miegħek. Iftaħni u saħħanni bin-nifs tiegħek … tiġġudikanix. Ipprova ifhimni. Jien bħalek … anke jekk ma tafx. Jekk toħodni miegħek, tħallinix fid-dlam lanqas. Itfagħni fid-dawl tax-xemx. Aħjar nibjad u ngħix, milli nibjad u mmut. Nixtieq insir nafek aħjar. Trid noħorġu minn hawn flimkien? Għax fil-verità dak li ktibt huwa fuqek ukoll. Fuqna kollha.
Francesco Grech’s debut collection. Kollox Jeħel Magħna (Everything Sticks to Us) could loosely be described as a poetry collection, but there’s also a couple of prose pieces and it’s all complemented by linear doodles drawn by Danielle Sant.
Even the poems themselves have an odd structure, some taper off and continue for a few pages, some of the last verses are written in bold, thus giving the impression that those are the poem’s titles. However there is one uniting factor and that is each of these pieces are highly personal.
There are a lot of delicate topics expressed; sexuality, suicide , parental relationships. Francesco, throughout the book is taking the reader on his journey. In fact the first few pieces start off with the author questioning his life then takes a dark turn only to reach some sort of acceptance towards the end.
Usually when someone is so nakedly honest it can shut the reader out, but as I said, you are joining Francesco in this cover to cover expedition. His pain may resonate and I am sure that any reader will share the sentiments expressed.
As a novice to poetry, I may not have a solid grounding but I do know what I like and I definitely like Kollox Jeħel Magħna. I also can see it affecting readers in many ways. Rarely does a first effort manage to do this but Francesco Grech does and pulls it off with panache.
Mal-ewwel żewġ paġni belagħni u ma tlaqtux minn idejja qabel qrajtu kollu. Jaħsdek, idaħħlek fl-eżistenza turbolenti tal-awtur, iħallik bla kliem – qatt ma qrajt xi ħaġa daqshekk taqta’ fil-laħam il-ħaj. Ta' min jaqrah.
.Medda ta' ħsibijiet kronoloġiċi. Vjaġġ turbanti li jasal x'imkien. Vjaġġ ifittex l-imħabba f ħaddieħor għax ħaddieħor qatt ma' aċċetah kompletament. U meta ma jaċċettawkx u jiġġudikawk - tħalli lin-nies iweġġgħuk - għax hekk temmen li ħaqqek, għax hekk biss rajt.
Imbagħad tikber u tiddeċiedi li flok twaħħal fid-dinja, tiddeċiedi li int ukol għandek għażla. L-għażla li l-ewwel trid tħobb lilek innifsek. Vjaġġ tqil u twil għal min għamel ħajtu kollha jiġi ġġudikat jew trattat ta' żbaljat.
Prosit tal-kitba Francesco Grech - u tal-istil mhux normali u inkonvenjenzali. Il-kitba sabiħa għax diretta, qasira, ekonomika - tagħtik id-daqqiet jew tgħollik bi ftit kliem. Bla wisq tidwir. Prosit
strumblani dal-ktieb. weħel fi ħsibijieti għax fih rajt ħafna lili nnifsi u t-triq li għandha taqbad il-poeżija maltija. ukoll: tant hu ktieb tajjeb li meta waslitli l-kopja bil-posta l-kelb ipprova jikolha (bil-qoxra b'kollox). għandi rokna mgerrma bħala prova. #bravufrancesco
Didn’t know what to expect and this book hit my soul like a brick wall. Crude and real. Explicit and raw. The author spilt his soul. Couldn’t stop reading. Wow.
Ktieb miktub b’hafna sincerita’ u onesta’. Ktieb li jolqot fil-laham il-haj. Francesco Grech juri kif inhi is-socjeta’ llum il-gurnata, u bil-vulnerabbilta’ tieghu jitkellem fuq esperjenzi ta’ ugiegh li kemm jien, kif ukoll int, jaf tirrelata mieghu.
Dan il-ktejjeb laqatni wisq. L-awtur jikteb ftit kliem imma is-sinjifikat wara kull wahda huwa qawwi hafna. Igieghlek tahseb, terga’ tmur lura tfittex fil-pagni ghax tkun tixtieq izjed.
Ktejjeb żgħir b'poeżiji u proża intimi qosra li jolqtu fil-laħam il-ħaj. Bi ftit kliem, Francesco kapaċi jwassal il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tiegħu. U ma joqgħodx jomgħodha; li jeħel miegħu se jgħid fuqu, u bla kantunieri. Ċert li kulħadd se jirrelata ma' xi kitba minn tiegħu.
L-illustrazzjonijiet ta' Danielle verament xerqu mal-kitba, ukoll. Sempliċi, astratti, iżda effettivi. Xi ftit metaforika wkoll. Il-linja kontinwa, donnha bħal vjaġġ - tibda, tkompli minn paġna għal ohra, tieħu forom differenti, sakemm tasal fi tmiemha fl-aħħar tal-ktieb. Bħall-ħajja.
The poet delves deeply into this book, making it nearly impossible to put down before reaching the end. It addresses a range of topics that many people often struggle to articulate or explore, yet the book presents them in a thoughtful and engaging manner. If you enjoy poetry that captures and defines every aspect of life, this book is undoubtedly a must-read.