9 każijiet 70 indizju biex issolvi l-każijiet INTI!
Serqa abbord il-vapur tat-turisti Oasis! Sabotaġġ waqt in-numru tal-akrobata Talirina! Nirien fl-imħażen ta’ kumpanija!
Min hu responsabbli għal dawn l-inċidenti? U x’motiv kien hemm warajhom?
F’dan il-ktieb għandek mal-70 indizju li se jgħinuk issolvi l-każijiet kollha INTI! Qalleb l-istejjer f’Każ Miftuħ u ħaddem rasek biex tħoll it-taħbila wara kull każ! L-investigazzjoni bdiet!
Qrajtu flimkien mat-tifla u ħadna gost. Fih kliem bil-Malti mhux daqstant komuni li t-tfal ikollhom jifhmuhom ta' bilfors biex ikunu jistgħu jiskopru min huma il-ħatja wara reat. Joffri struttura sistematika ta' kif għandek tanalizza sitwazzjoni sabiex ikollok evidenza soda qabel tasal għal xi tip ta' konklużjoni dwar min huma il-veru kriminali. Nirrakkomandah.