Simon is a writer and translator. His books for children have all won national awards. Perhaps the most popular is Sqaq l-Infern and the rest of the Fiddien trilogy which he co-wrote with Loranne Vella. He started his theatre career with his own group Aleateia. For many years they devised and built performances under his direction. His plays have been performed at many major theatres in Malta and Gozo and also in other countries like the UK, Egypt, Greece, and Denmark. He is currently working on a new series of stories for children about traditional creatures from local folklore.
Wara l-ewwel ktieb eċċezzjonali kont ċerta li t-tieni ktieb f'din it-triloġija żgur ma setax ikun aħjar, però mort żmerċ. Id-dettalji kollha jiġu deskritti b'mod vividu ħafna, tant li l-qarrejja stess iħossuhom parti mill-istorja. Nista' nikkonferma li l-karattri favoriti tiegħi huma Antida/Anita u Rose għax it-tnejn li huma distinti immens mill-bqija tal-karattri l-oħra, u b'hekk nieħu gost naqra dwarhom. Dan il-ktieb ġiegħlni nirrifletti immens; tant dħalt fl-istorja li fraħt, irrabjajt u saħansitra bkejt f'ċertu mumenti ta' swied il-qalb. Għoġbitni ħafna l-parti fejn kien hemm miktub id-djarju ta' Antida għax apparti li ħadt gost nara xi illustrazzjonijiet, sirt naf aktar dwar waħda mill-aktar karattri għal qalbi. Kemm il-biċċiet ċkejknin tal-profiziji u kif ukoll il-korrispondenzi bejn is-seba' subien laqtuni immens, għax komplew idaħħluni aktar f'din id-dinja maġika ma' karattri eċċellenti.
Ninsab fuq ix-xwiek sabiex naqra l-aħħar ktieb ta' din it-triloġija tal-blieh!
It-tieni ktieb fit-trilogija tal-fiddien. Fil-bidu ghandna hjiel x'jigri. Ikun hemm xi hadd isejjah lil Jason. Fl-ahhar, x'hin tahseb li spicca kollox, jigri xi haga ohra. Jason irid jgharaf u jghazel bejn il-bidu tal-hazen jew it-tmiem tieghu.
L-istorja titlahham fit-tieni ktieb. Insiru nafu hafna fatti godda li jghinuna nghaqqdu il-puzzle. Issir iktar realistika ukoll, ezempju jissemmew mowbajls iktar mill-ewwel ktieb. Bhall l-ewwel ktieb, l-ghazla ta' xi kliem thalli hafna dubji, bhala 'jippawsa'. Bhal l-ewwel ktieb hemm storja fi storja, li tghina nifmu ahjar x'qed jigri.
It-tnikkit fl-istorja huwa realistiku. In-nuqqas ta' persuna miktub tajjeb. Hemm ghira u rabja u nuqqas ta' emozzjoni.
Hawn iktar POVs mill-ewwel ktieb ukoll. Hemm ukoll 'foreshadowing' ezempju meta jilbsu ta' karattri ohra. Karattri godda jintuzaw biex juru l-qarrejja xi haga gdida.
Gingo habiba tajba, tistenna lil Anita u tikkalma. It-seba' subien huma karattri interessanti li flimkien jirraprezantaw parti mill-plot. Interessanti ukoll l-elementi folkloristici tal-istorja. Dehrli li kien hemm ukoll stil mitologiku bin-nummri. Estella naraw hafna zvilupp fil-karattru taghha. Tommy l-favorit tieghi, Jason jikber hafna ukoll.
It-tieni darba li qrajt dan il-ktieb (10/Lulju/2016 sa 15/Lulju/2016)
Dan il-ktieb kien ktieb mill-isbaħ, kif wieħed għandu jistenna wara li jaqra Sqaq L-Infern.
Ħaqqu ħames stilel, iva, għax kien ktieb ta' kwalità mill-aqwa. Madanakollu, jien se ntih erba' stilel għax għal xi raġuni ma tantx kont hooked waqt il-qari... għallinqas mhux daqs kemm kont waqt il-qari ta' Sqaq L-Infern.
B'dan li għedt hawn fuq, ma nixtieqx naqta' qalb xi ħadd milli jaqra dan il-ktieb, anzi xejn affattu, xorta nirrakkomanda dan il-ktieb lil kulħadd!