Jump to ratings and reviews
Rate this book

Fil-Parlament ma jikbrux Fjuri

Rate this book
Meta ħareġ fl-1986 Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri qanqal kontroversja politika kbira. Issemma sikwit fil-Parlament, u lfrażi ta' l-istess isem daħlet bħala idjoma fl-ilsien Malti. L-awtur kien intervistat minn stazzjonijiet u ġurnali barranin. Għall-preżentazzjoni marru ħafna mijiet ta' nies, u r-rumanz xtered bl-eluf. Il-gazzetti tawh promienza kbira, waqt li x-xandrir żamm skiet perfett. X'kien li wassal għal din il-laqgħal unika għal rumanz? Oliver Friggieri jikteb b'mod ċar dwar l-għerud tal-konflitti bejn iż-żewġ partiti politiċi u jibni karattru ewlienii, Karlu Manju, li jirrapreżenta lill-Malti ħieles. Huwa rumanz politiku, ta' mħabba, reliġjuż... rumanz li għamel storja... għax jirrakonta dwar il-'poter' tal-bniedem tat-triq.

288 pages, Paperback

First published January 1, 2003

Loading...
Loading...

About the author

Oliver Friggieri

63 books31 followers

Ratings & Reviews

What do you think?
Rate this book

Friends & Following

Create a free account to discover what your friends think of this book!

Community Reviews

5 stars
31 (44%)
4 stars
32 (45%)
3 stars
6 (8%)
2 stars
1 (1%)
1 star
0 (0%)
Displaying 1 - 3 of 3 reviews
Profile Image for Kris Polidano.
45 reviews9 followers
January 2, 2022
Ħa nibdew minn hekk -- jien aktar familjari mal-poeżija ta' Friggieri, u ngħid id-dritt, għalkemm ġeneralment nifhem il-preġju li tingħata, ma tolqotnix (enfasi fuq ġeneralment), imma dar-rumanz differenti. Karlu Manju, l-anti-eroj ta' dan ix-xogħol inqeleb minn tip ta' profeta għal Sokrate modern.; ma' kull kapitlu, diskursata ġdida ma' karattri rappreżentanti tas-soċjetà mikula bl-għass mentali u l-abbuż tal-onorevoli. M'għandniex xi ngħidu li meta dan il-ktieb ġie ppubblikat fl-1986 kien eżerċizzju ta' piena u riflessjoni ta' dak li kien qed iseħħ fl-imbierka gżira ta' Malta f'dak iż-żmien. L-isfortuna hija li dan il-ktieb baqa' relevanti. Minix ser ngħid li dan xi kunċett ġdid, mhuwiex, l-anti-eroj ilu magħna snin u snin, imma Karlu Manju mhuwiex bħall-anti-eroj li nsibu f'Samuraj ta' Frans Sammut jew f' Leli ta' Ħaż-Żgħir ta' Ġużé Ellul Mercer; huwa anti-eroj li jibqa' għaddej bħala ribell u li sa ċertu punt (għalkemm ħanina, biex issibha trid tofroq il-maġġorparti tal-paġni ta' dan l-imbierek ktieb) aktar jistħoqlu l-isem ta' eroj assurd li jibqa' jterraq minkejja s-sitwazzjoni fiergħa li jinsab fiha. Jew anke forsi mhuwiex eroj assurd, dan jista' jkun dibattitu sħiħ. Imma nsomma –– mexxej għall-aħħar, manifest siwi għall-Maltin veri li mhumiex it-tip li joqgħodu ċiċċi beqqi jistennew il-manna nieżla mis-sema.
Profile Image for the_abinator.
108 reviews15 followers
June 30, 2019
Min jaf x'ma intqalx fuq dan il-ktieb fil-biżibilju assignments u esejs li jinkitbu kull sena fid-Dipartiment tal-Malti, ċerta li f'dak li inkiteb hemm ħsibijiet iktar sofistikati, b'iktar kuntest u miktubin b'ortografija aħjar. (Fittex jasal dak iċ-ċekkjatur għal Malti!)
Imma x'jiġri meta xi ħadd li m'għandux wisq għarfien fuq is-storja letterarja tagħna, jaqbad dan il-ktieb li sabet f'xi kaxxa ta' xi zija, li issa mietet, u taqrah u tikteb riċensjoni fuq goodreads?

Ftit ħsibijiet fil-qosor għal min qatt ma qrah. Fil-Parlament ma jikbrux fjuri huwa essenzjalment trattat politiku, li jwaħħad ħsibijiet xellugin, ma' Kristjaneżmu u ideat ta' liġi naturali. Jitqegħdu ideat materjalisti u Marksisti ta' skjavi u sidien, f'kuntest storiku Malti. Il-bdiewa li ħadmu l-art u ħadu ħsiebha u l-granmastri, gvernaturi u issa, onorevoli li jfittxu li jivvelenaw dik l-art. F'dak is-sens, jikkrea manifest politiku kemm universali u kemm Malti.

Essaċ ma huwa xejn ħlief hekk, fis-sens li kważi ma jiġri xejn u l-karattru ewlieni, Karlu Manju, ma jagħmilx wisq ħlief jitkellem. F'dan is-sens, jinħass iktar qisu monologu twil fejn Friggieri jista' jesperimenta ftit bl-ideat politiċi tiegħu, mingħajr ma jkunu tiegħu mija fil-mija.

Dan il-ktieb inkiteb fit-tmenijiet u hija traġedja mistennija, li fi tlettin sena ma inbidel xejn, il-kummentarju anzi japplika mitt elf darba iktar. Għad hawn żewġ partiti li jaqsmu l-poplu minn nofs, fejn ma teżistix verita' jew prinċipju, imma biss x'jgħidu l-partiti. It-tajjeb hu tal-partit tagħna, il-ħażin huwa l-partit tagħhom. Għadni sal-lum ma nistax nesprimi opinjoni mingħajr ma tiġi interpretata b'mod partiġġjan. Ħafna drabi jsib il-kawża perfetta għalfejn Malta ma tista' tagħmel ebda progress:
Il-pajjiż kellu minn piramida li qiegħda tinħatt minn żewġ ħaddiema differenti: wieħed iħottha għaliex jaħseb li l-piramida hija tiegħu, u l-ieħor iħottha għaliex jaħseb li m'hijiex tiegħu.

L-istess jista' jingħad lejn il-'progress' u 'żvilupp' li qed ikisser il-pajsaġġ Malti l-wirt kemm naturali u kulturali tagħna. Issa nafu li mhux biss l-identita' tagħna assoċjata man-natura u l-ambjent tal-gżira li qed tiġi attakata imma anki l-fundamenti fuq xiex nibnu ħajjitna...l-arja, l-ilma , il-ħamrija fejn nħawlu l-ikel tagħna u s-serħan il-moħħ. Din il-kritika kważi tinħhass 'boring' għax tant nisimgħu l-istess qrid fuq il-medja soċjali l-ħin kollu. Tgħid Friggieri kien li qajjem dawn l-ideat fost in-nies? Min jaf, naf biss li Friggieri jirnexxilu jikteb il-kritika b'mod ferm iktar poetiku u interessanti milli jirnexxilna aħna. Nassumi li dan jagħmel Friggieri wieħed mill-ewwel ambjentalisti. Fejn vera kien pijunier Friggieri f'dan l-aspett kien l-ugwaljanza bejn Karlu Manju u l-kelb tiegħu, jista' jkun l-ewwel (u forsi l-unika) eżempju ta' drittijiet għal annimali fil-letteratura Maltija.

Il-pjaċir ta' dan il-ktieb jinsab fil-fatt li Friggieri jesprimi l-emozzjonijiet partikolari li tkun Maltija, bid-dispjaċir kollu li tkun f'pajjżek mingħajr post:

Jekk dan hu pajjiżi, u jekk posti m'huwiex hawn, u jekk irrid nibqa' ngħix hawn u ma nfarfarx il-qorq mit-trabijiet tagħhom u nitlaq bl-ixkora ta' xortija mgħobbija fuq spallejja, jien l-eżziljat li ma jsifirx, l-emigrant li jrabbi l-ankri għax qatt ma jmidd riġlu 'l barra...Dan hu pajjiżi, hawn se nibqa', naħseb u ngħix kif jogħġob lili.
177 reviews17 followers
May 28, 2026
I kept postponing reading this book because I’ve reached the point where I need glasses to read properly, but not yet the point where I’ve accepted wearing them. But with yet another election around the corner in Malta, it felt topical.

Much has already been said about the book, so all I can add is that it remains as relevant as ever.

It’s overly didactic at times, with religious undertones that feel a bit dated, and the plot could have been tighter in places, but these are minor quibbles about what should probably be compulsory reading - especially the part about politicians being there to work for you, rather than the colonial mentality we still seem to have towards them.

Critical thinking, as ever, seems to be in short supply on the island.
Displaying 1 - 3 of 3 reviews