“X’tagħmel li kieku bħala rigal taqla’ kamera –”
Ieqaf hemm, Sven! (ftit kuntest: Sven huwa l-protagonist tar-rumanz debutt tiegħi,
Stessi, rebbieħ tal-
Konkors ta’ Kitba — Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016 — organizzat bejn l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb — u ppubblikat fl-2018 minn Merlin Publishers).
Ma nagħtihx tort lil Sven jaħseb li jrid jitkellem hu, għax
Ħassartek hu
Stessi imma fl-istess ħin mhuwiex — iktar fuq dan il-punt iktar tard.
Għalissa, imma, l-importanti hu li, din id-darba, mhux se jerġa’ jitkellem Sven Spagnol.
Se nitkellem jien.
U allura, skużawni, imma se jkolli nerġa’ nibda mill-bidu (Tqaħqiħa).
Issa: X’tagħmel li kieku tkun kittieb u ma tkunx tista’ tikteb?
Imma, le. Irridu nibdew mill-bidu bidu. Jew se ngħidu kollox jew xejn.
Il-bidu bidu suppost kellu jkun it-tmiem tiegħi.
Il-verità hi li
Stessi ma kellix narah ippubblikat.
Fil-perjodu bejn l-editjar u l-ippubblikar tiegħu, għal raġunijiet li mhumiex tiegħi biex nikxef, iddeċidejt li mmut. U kważi rnexxieli. Imma għadni hawn. U li għadni hawn hija importanti ħafna, għax kieku m’hawnx
Ħassartek lanqas. U lanqas fil-forma li jinsab fiha ...
Iktar informazzjoni dwar
Ħassartek:
https://www.matthewschembri.com/books...